Lokali

Abela jgħid li l-abbozzi tal-ippjanar joffru “bażi tajba”

Għal darb’oħra l-Prim Ministru Robert Abela, reġa’ naqas milli jagħti spjegazzjoni ċara għaliex ma jridx jirtira l-abbozzi tal-ippjanar. U minflok, prova jagħti l-impressjoni li dawn il-liġijiet tal-ippjanar joffru bażi tajba.

Kien dan il-mod li bih wieġeb id-domandi ta’ Net News, meta mistoqsi għaliex qed jibqa’ jsabbat saqajh b’dan l-abbozzi kontroversjali – liġijiet li kulħadd huwa kontrihom.

Intant, meta kien qed iwieġeb domandi tal-ġurnalisti, Robert Abela kkonferma li għadu qed jistudja l-problema tat-traffiku – tant li reġa’ ġab l-esperti barranin li kienu tħallsu flejjes kbar biex ifasslu l-pjan tal-metro. Biex kollox kien baqa’ fuq il-karta.

Finalment b’rabta mal-popolazzjoni u l-ħaddiema barranin, il-Prim Ministru issa spiċċa jammetti li qatt m’għandu jkollna iżjed barranin milli strettament jeħtieġ. Dan meta kien il-Gvern tiegħu li sploda l-popolazzjoni, u bena ekonomija sħiħa fuq in-numri.