Eluf ta’ sewwieqa matul il-jum spiċċaw iġġamjati f’konġestjonijiet twal ta’ traffiku. Bl-aktar postijiet milquta jkunu z-zoni tal-Imsida, il-Ħamrun, Birkirkara u n-naħa tal-Isptar Mater Dei.
Nies li tkellmu ma’ dan is-sit qalulna li f’xi każi damu anke tliet sigħat biex waslu fid-destinazzjoni tagħhom.
Oħrajn qalulna li għamlu aktar minn siegħa u nofs staġnati fit-traffiku tal-Imsida.
Din is-sitwazzjoni affetrwat ir-rotta lejn il-Belt Valletta, u anke xi zoni fin-naħa t’isfel ta’ Malta.
//= $special ?>