Sport

Il-holders tad-David Cluett Memorial Cup isofru telfa kbira

Il-holders tad-David Cluett Memorial Cup Rabat Ajax sofrew telfa kbira ta’ 7-1 kontra Luxol St Andrew’s.

Għal Luxol St.Andrew’s skorjaw darbtejn Matthew Schembri filwaqt li Glenn Bonello, Nenad Stankic, Tyron Borg, Leighton Grech u Nazzareno Abela gowl kull wieħed. Leandros Calleja skorja l-uniku gowl ta’ Rabat.

Referee kien Milos Krstic.

Gżira United u Malta Football Players Associationf’partita bbilanċjata temmew  fi draw ta’ 4-4.

Minkejja li f’mument Gżira kienu qed jitilfu 4 – 2 f’reazzjoni b’saħħitha kisbu draw meritat fejn għal Gżira l-akkwist il-ġdid Romeu Romao skorja darbtejn filwaqt li Zvezdan Vukovic u Kevin Sammut gowl kull wieħed.

Mark Barbara darbtejn u gowl kull wieħed minn Stanimir Miloskovic u George Frendo skorjaw għall-Malta Football Players Association.

Referee kien Sillah Al Hasana.

Floriana għelbu lil Hibernians 6 – 2 bi tliet gowls minn Manolito Micallef, autogowl ta’ Michael Borg Olivier u gowl kull wieħed minn Dylan Grima u Bojan Kaljevic.

Għal Hibs naqqsu l-iskor  Glanville Goodlip u Ilia Nazarov.

Referee kien Milos Krstic.

Birkirkara St Helen’s għelbu lil Żurrieq Wolves 6-3 b’erba’ gowl minn Firas Aboulezz u gowls minn Mark Gauci u Dylan Zarb filwaqt li Kevin Vella, Bjorn Bondin u Ahmed Trabelsi skorjaw għal  Żurrieq.   Referee kien Sillah Al Hasana.