Lokali

Il-MEIA titlob għal investiment ġust

Huwa importanti li naraw is-settur tal-arti b’mod ħolistiku u kif dan is-settur jista’ jkun parti minn ekonomija ċirkulari

Din  kienet it-tema ewlenija li ġiet trattata waqt laqgħa bejn il-MEIA u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, fejn l-Assoċjazzjoni tal-Industrija tad-Divertiment u l-Arti, preżentat il-pre-budget document tagħha.

Ritratt: Catriel Farrugia

Maria Galea, il-President ta’ din l-Assoċjazzjoni, saħqet li hemm bżonn li l-art u l-kultura tingħata iktar importanza. Hija spjegat ukoll li l-arti ġġib lejn pajjiżna turiżmu ta’ kwalità.

Minn naħa tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, sostna li  kien propju għalhekk li fix-shadow tal-arti u l-kultura żied il-creative economy, u spjega li l-Partit Nazzjonalista jemmen li meta l-arti ġġib turiżmu ta’ kwalita dan iħalli dħul li jista’ jsarraf għal aktar investiment fis-settur tal-arti u l-kulturà.

Maria Galea kienet akkumanjata, minn Marilena Gauci, il-Viċi President ta’ MEIA,  u s-Segretarju Ġenerali Nicole Debono …li flimkien għamlu referenza wkoll  għall-iżbilanċ fl-investiment fis-settur tal-arti u l-kultura, bejn  is-settur privat u settur pubbliku.

Għal din il-laqgħa, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mix-Shadow Ministers Adrian Delia u Julie Zahra.

Ritratt: Catriel Farrugia