Lokali

“Irridu Budget li jagħti lura l-pajjiż lin-nies”

Ġimagħtejn oħra, Clyde Caruana u Robert Abela jippreżentaw Budget ieħor. U lil hinn mill-propaganda u mill-kliem sabiħ ta’ sagħtejn diskors – in-nies qed jistennew Budget li verament ikun b’saħħtu.

Mhux fil-buzzwords, imma fl-inizjattivi favur il-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Fil-Belt Valletta, ħafna nies kellmuna dwar il-piż tal-għoli tal-ħajja u ż-żieda fil-prezzijiet. Dan filwaqt li oħrajn qalulna li lanqas il-pensjoni mhi sservihom.

Intant, mill-istħarriġ riċenti tat-Times qed joħroġ ċar li t-traffiku u l-għoli tal-ħajja jibqgħu l-aktar żewġ aspetti li bħalissa qed jinkwetaw l-aktar lin-nies. U allura, hemm stennija kbira għall-Budget biex dawn l-isfidi serji jiġu indirizzati.