Il-problemi relatati mat-traffiku, mal-parkeġġ u t-trasport pubbliku huma fost l-ikbar tħassib għall-Maltin.
Dan ħareġ minn stħarriġ li sar it-Times of Malta, li wera biċ-ċar li l-frustrazzjoni relatata ma’ kwistjonijiet tat-traffiku laħqet livell għola, bil-poplu jirreferi għalihom bħala l-ikbar problema ta’ pajjiżna, kif ukoll l-ikbar kedda fil-ħajjiet personali tagħhom.
Din ir-rabja qed taffettwa lill-kulħadd, bil-votanti li jxaqilbu lejn il-Partit Laburista huma partikolarment imħassba dwar il-problemi tat-traffiku.
In-nies li jgħixu Għawdex biss identifikaw problema nazzjonali akbar, fejn sostnew tħassib dwar il-kostruzzjoni eċċessiva u l-ippjanar ħażin.
Għalkemm in-nies ilhom snin jisħqu li l-problemi tat-traffiku huma ta’ tħassib, kwistjonijiet oħra, b’mod patikolari l-għoli tal-ħajja, kienu ta’ tħassib ikbar… iżda issa jidher illi l-folja nqelbet u li issa l-problemi relatati mat-traffiku saret l-ikbar kwistjoni għall-Maltin.
L-istħarriġ tat-Times of Malta sar ma’ 600 persuna bejn id-29 ta’ Settembru u d-9 ta’ Ottubru, u fost il-kwistjonijiet oħrajn li ssemmew f’dan l-istħarriġ, il-parteċipanti semmew l-immigrazzjoni irregolari, il-kostruzzjoni eċċessiva, l-għoli tal-ħajja, il-prezz tal-kirjiet u l-ambjent.
//= $special ?>