Robert Cutajar, PN
Il-Whip tal-Oppoizzjoni u d-Deputat Nazzjonlista Robert Cutajar qal fil-parlament li l-pajjiż jeħtieġ investiment għal turiżmu ta’ kwalità
Robert Cutajar appella biex isir pjan bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni għal trasport alternattiv u qal li anki fit-turiżmu jista’ jkun hemm pjan simili għal turiżmu sostenibbli. Hu appella biex il-Gvern jilqa’ l-proposti tal-PN biex ikun hemm qbil f’setturi fejn hu meħtieġ għaliex il-pajjiż jinsab tard dwar il-kwalità fit-turiżmu. Jeħtieġ li jkun hemm il-koordinazzjoni meħtieġa biex jissaħħu l-karatteristiċi uniku tal-ibliet u l-irħula Maltin biex il-pakkett turistiku jkun mgħolli ‘l fuq.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li għandu jkun hemm l-impenn assolut biex ikun hemm niċeż ta’ turiżmu ambjentali, tal-konferenzi b’ċentru tal-EXPO, kulturali u storiku.
Robert Cutajar qal li l-ambjent ma jistax jitnaqqar u sostna li t-traffiku hu ta pjaga fejn mal-ewwel xita l-pajjiż staġna. Is-sitwazzjoni tat-traffiku qed tiggrava, sostna Robert Cutajar, li kompla li l-konnettività mal-Istati Uniti hi pass fid-direzzjoni t-tajba. Malta għandha ħafna x’toffri f’niċeċ ġodda li jagħmlu lil Malta destinazzjoni partikolari.
Hu tkellem dwar Għawdex u qal li f’laqgħa mal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija l-PN enfażizza l-importanza tal-kwalità. Filwaqt li kkritika l-vapur second hand li ġab il-Gvern Laburista biex jintuża bejn Malta u Għawdex, Robert Cutajar staqsa meta l-gvern se jibni vapuri ġodda kif kien għamel Gvern Nazzjonalista. Għandu jsir ukoll investiment fil-mollijiet taċ-Ċirkewwa u fl-Imġarr Għawdex għaliex l-aħħar investiment li sar kien minn Gvern Nazzjonalista.
Robert Cutajar semma’ Kemmuna u qal li l-miżuri li ttieħdu kien pass ‘l quddiem iżda l-parir li kien ta l-Ombudsman dwar l-isfreġju ambjentali li kien sar baqa’ ma kinx implimentat. Dwar il-bajjiet Blue Flag, Robert Cutajar qal li din kienet inizjattiva ta’ Gvern Nazzjonalista u sostna li hu tajjeb li l-Gvern qed ikompli jindokra dawn il-bajjiet għakemm jeħtieġ li l-pajjiż ikollu iktar bajjiet ta’ kwalità fosthom dawk tal-Armier.
Robert Cutajar kompla s-siti ta’ Natrua 2000 għandhom ikunu imtejba b’investiment dirett. Hu semma’ l-Park tal-Majjistral u appella biex il-Gvern jinvesti ħafna iktar f’dan il-park.
//= $special ?>