Internazzjonali

Jirbħu n-Nobel tal-2025 għall-Ekonomija

Tliet ekonomisti rebħu l-Premju Nobel tal-2025 għall-Ekonomija wara li huma provdew l-aktar spjegazzjoni dettaljata u preċiża dwar ‘l-iżvilupp ekonomiku xprunat mill-innovazzjoni’.

L-ekonomisti huma Joel Mokyr, Philippe Aghion and Peter Howitt – bir-rebħa tagħhom tkun ikkonfermata mill-Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenza fi Stokkolma.

Dan l-unur partikulari – il-Premju Sveriges Riksbank fix-Xjenzi Ekonomiċi – qed jingħata għall-memorja ta’ Alfred Nobel, il-fundatur ta’ dawn il-premjijiet, li, kull sena, jingħataw lill-persuni li jiddistingwu ruħhom fid-diversi oqsma għall-benefiċċju tal-umanità.

Nofs il-premju tal-flus intrebaħ minn Joel Mokyr, ta’ Northwestern University, f’Evanston (fl-Istati Uinti) ‘talli identifika l-elementi meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli permezz tal-progress teknoloġiku’.