Il-proposta ta’ liġi li ressaq il-Partit Nazzjonalista għad-dritt ta’ ambjent nadif u san intużat bħala għodda ta’ propaganda u attakki minn naħa tal-Gvern.
Iżda Fact Checker tat-Times ġab fix-xejn din il-propaganda kollha ta’ Robert Abela, u wera kif din il-liġi diġa’ tinsab fil-Kostituzzjoni ta’ diversi pajjiżi oħrajn.
Waħda mill-akkużi lejn din il-proposta ta’ liġi kienet li m’hemm l-ebda pajjiż fl-Ewropa m’għandu din il-liġi. Fir-realta’, skond avukat ambjentalist, David Bojd, id-dritt għall-ambjent san, ilu li kien rikonoxxut, mill-2011 b’mod espliċitu fil-kostituzzjoni ta’ 90 pajjiż madwar id-dinja kollha, u rikonoxxut bħala dritt kostituzzjonali li jista’ jkun infurzat, almenu fi 12 il-pajjiż ieħor. Studju mill-fondazzjoni David Suzuki sab li mill-inqas 98 pajjiż madwar id-dinja jirrikonoxxu li ċ-ċittadini għandhom dritt sostantiv biex jgħixu f’ambjent san. Fosthom il-Belgium u l-Greċja, li żiedu drittijiet fundamentali oħra, bħal per eżempju li d-drittijiet ekonomiċi, kulturali u soċjali; huma dritt fundamentali ta’ kull persuna.
Barra minn hekk, ħafna mill-pajjiżi li ma kienux addottaw dan id-dritt, inkluż Malta, kienu ffirmaw trattati internazzjonali, li permezz tagħhom, dawn il-pajjiżi ntrabbtu legalment – l-konvenzjoni ta’ Aarhus, li tagħmel dan id-dritt legalment infurzabbli.
Raġuni oħra għala kienet attakkata din il-proposta ta’ liġi kienet li t-tradizzjonijiet kulturali u sportivi Maltin jistgħu jkunu mhedda, bħal per eżempju l-logħob tan-nar u l-kaċċa, fost oħrajn. Fil-verita’ dawn l-attivitajiet tradizzjonali jistgħu jkunu mhedda mill-liġijiet u l-kostituzzjoni diġa eżistenti. Barra minn hekk, kien hemm avukati kostituzzjonali li argumentaw li din il-liġi tista’ tkun interpretata f’diversi modi mill-qrati u mill-imħallfin. Jiġifieri li meta ċittadin privat itella’ organiżżazzjoni per eżempju l-qorti, dan ma jfissirx li awtomatikament il-qorti tiddeċiedi favurih.
Kienu bosta dawk l-organizzazzjoniet sportivi u NGOs li ħarrġu jikritikaw din il-proposta, għaliex qalu li din il-proposta hija theddida għall-attivitajiet tradizzjonali u kulturali. Madankollu imkien fil-proposta ma hemm li se jitneħħew attivitajiet bħal logħob tan-nar jew tal-kaċċa – u l-kostituzzjoni preżenti diġà tagħti d-dritt liċ-ċittadin biex jirrikorri għall-infurzar biex ikun protett l-ambjent.
F’Lulju tal-2022 in-Nazzjonijiet Uniti adottaw riżoluzzjoni li tirrikonoxxi d-dritt għal ambjent sostenibbli, san u nadif, bħala dritt fundamentali. Malta kienet waħda minn 161 pajjizi li vvutat favur din il-riżoluzzjoni.
Barra minn hekk, fl-2017 il-Gvern Laburista inkluda din il-wegħda fil-manifest elettorali. Saħansitra fl-2018, il-Gvern żied klawsola fil-kostituzzjoni li fiha rabat lilu nnifsu li jipproteġi l-ambjent, u li jieħu l-miżuri neċessarji biex jikkumbatti r-rigress tal-ambjent, inkluż l-arja, l-ilma u l-art, u kwalunkwe xorta ta’ tniġġis tal-arja.
Iċ-ċittadin jista’ jara b’għajnejh u jmiss b’idejh kemm ma ġiex protett l-ambjent taħt Gvern Laburista.
//= $special ?>