Victor Camilleri
Eks Editur ta’
In-Nazzjonu Il-Mument
Fil-kampanja għall-elezzjonita’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, iż-żewġ kontendenti – Alex Borg u Adrian Delia – it-tnejn semmew li l-mixja ’l quddiem fit-triq tad-demokrazija f’pajjiżna jeħtieġ tkompli bil-finanzjament tal-Istat għall-partiti politiċi. Immedjatament malli Alex Borg beda l-impenji tiegħu bħala
Kap tal-Partit Nazzjonalista semma li kien beħsiebu jaħdem/ħalli f’pajjiżna sseħħ riforma f’dak li hu finanzjament tal-partiti li, appuntu, tkun tinkludi dan il-kontribut min-naħa tal-Istat.
Il-Prim Ministru Robert Abelaħa l-okkażjoni tal-laqgħa li kellu ma’ Alex Borg fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jgħidlu li dwar dan il-punt żgur limhux se jaqblu għaliex, qal, ma riedx li l-flus tat-taxxi tal-Maltin imorru għal dan l-iskop.
M’iniex ċert jekk il-PM Abela jafx x’inhi s-sitwazzjoni, ngħiduaħna fl-Ewropa… iżda mhux
biss. Fl-Unjoni Ewropea huma Malta u l-Italja biss li m’għandhomx skema bħal din. U, tista’
tgħid, l-istituzzjonijiet kollha fl-Ewropa llum il-ġurnata huma favur li l-Istat, b’xi mod, jiffinanzja
lill-partiti politiċi.
U aktar minn hekk. Anki f’pajjiżna, matul is-snin, dan issuġġettkien diskuss u fost dawk
li f’xi żmien jew ieħor tkellmu favur din l-idea hemm numru sostanzjali ta’ esponenti ewlenin tal-Partit Laburista – kif se nuri, hawnhekk – li tkellmu u kitbu favur din il-pożizzjoni.
Dawn Laburisti… u jaqblu


Dan mhux eżerċizzju biex bit-tiġbid ta’ xi kelma jew frażi jew kliem impoġġi f’ħalq xi ħadd, naraw kif naqbdu ma’ xi espressjoni biex inġibu l-boċċa qrib il-likk. Le, xejn minn dan. Dawn li ġejjin huma dak li qalu jew kitbu ftit mill-esponenti ewlenin Laburisti li stqarrew li huma favur li l-Istat jiffinanzja
lill-partiti politiċi u b’hekk il-partiti politiċi jkunu jistgħu jsiru ħafna aktar trasparenti u ma jiddependux unikament fuq min ikollu xi interess personali jew settorjali li ‘jagħti’ biex imbagħad
‘jieħu’.
■ JOSEPH MUSCAT, l-Eks Prim Ministru u l-Eks Mexxej tal-Partit Laburista, tkellem favur il-finanzjament tal-partiti politiċi mill-Istat, aktar minn darba, iżda l-aktar meta kien qed jagħlaq il-Konferenza Ġenerali Annwali tal-PL fl-2009. F’artiklu fil- Malta Independent tat-3 ta’ April 2012, l-Eks Ministru Laburista Leo Brincat ikkonferma li fil-Konferenza Ġenerali tal-2009, il-Leader tal-PL kien tkellem favur li l-Istat jiffinanzja lill-partiti.
■ MICHAEL FALZON, li għadu Ministru sal-lum, u li matul is-snin okkupa diversi karigi fil-PL, f’rapport fit-Times of Malta tas-6 ta’ Settembru 2007 kien ikkwotat jgħid li hu jaqbel li l-partiti politiċi jkunu finanzjati mill-Istat u b’hekk ikunu f’pożizzjoni aħjar biex iħallsu għall-ispejjeż tal-kampanji elettorali.
■ EVARIST BARTOLO, Eks Ministru sa ftit taż-żmien ilu, fi blog li kiteb fit-3 ta’ Lulju 2023, taħt it-tilu Nothing to be done? Jgħid hekk: We are still refusing to finance one political parties through public funds, making them dependent on private money.
■ CHARLES MANGION, Eks Ministru u Eks Deputy Leader tal-PL u għadu sal-lum jokkupa karigi tal-Gvern, mhux talli kien favur il-finanzjament tal-partiti, talli f’Kumitat Parlamentari fl- 2012 f’isem il-partit tiegħu kien issuġġerixxa li l-Gvern jagħti lill-partiti politiċi €5 fis-sena għal kull vot li jkunu kisbu fl-elezzjoni
Ġenerali. Meta nħadmet is-somma sħiħa ta’ finanzjarment skont din il-proposta, fl-2009 il-pajjiż kien jiffinanzja lill-partiti bis-sommata’ €2.7 miljuni.
■ LEO BRINCAT, Eks Ministru Laburista fil-gvernijiet ta’Alfred Sant u JosephMuscat, mhux talli kien favur b’ruħu u b’ġismu l-finanzjament tal-partiti, talli kiteb artikli jikkritika lill-PN lima kienx għadu introduċa din l-iskema f’pajjiżna. F’artiklu f’The Malta Independent tat-3 ta’ April 2012 ikkritika lil min, qal, illikja
l-informazzjoni lill-midja dwar il-pożizzjoni favorevoli tal-Labour li kienet ittieħdet f’laqgħa tal-Grupp Parlamentari.
■ ALFRED MIFSUD, Eks Chairman tal-midja Laburista u veteran tal-partit, fil-Malta Independent tad-19 ta’ April 2009 kiteb hekk: Political parties are the major instruments through which democracy is exercised and it is fair and just that the State which benefits so much from the workings of a proper democracy
takes direct responsibility for political parties financing.
Fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea – ħlief
Malta u l-Italja, l-Istat jiffinanzja l-partiti
Dawn l-istituzzjonijiet internazzjonali huma favur il-finanzjament mill-Istat Kunsill tal-Ewropa
Kunsill tal-Ewropa
■ L-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, f’April 2003 approvat riżoluzzjoni li fiha jingħad li l-partiti politiċi għandhom jirċievu kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Baġit tal-Istat biex tkun evitata ddipendenza fuq donazzjonijiet mill-privat u biex fl-istess ħin ikun garantit ċans ekwu u ġust
bejn il-partiti politiċi kollha. Finanzjament bħal dan irid ikun kompletament trasparenti u dan
iseħħ billi l-partiti jagħtu rendikont tad-dħul u l-infiq, li għandu jitressaq mill-inqas darba f’sena quddiem awtorità indipendenti u mbagħad isir pubbliku.
Kummissjoni Venezja
■ Il-finanzjament pubbliku tal- Istat irid ikun immirat lejn il-partiti kollha rappreżentati fil-
Parlament. F’dokument apposta f’Marzu 2001, il-Kummissjoni Venezja stqarret li dan il-finazjament
pubbliku jrid ikun jiddependi fuq il-fatt li l-accounts tal-partiti jkunu suġġett ta’ skrutinju u kontroll
minn organi kompetenti, bħal ngħidu aħna Qorti tal-Awdituri. Listati membri tal-Kunsill tal-Ewropa għandhom jippromowvu politika ta’ trasparenza finanzjarja mill-partiti politiċi li jibbenefikaw
minn dan il-finanzjarment pubbliku li jkun ċar u għal kulħadd u b’linji gwida preċiżi.
Parlament Ewropew
■ Rapport tal-Parlament Ewropew bit-titlu Financing of political structures in EU member states, pubblikat f’Ġunju 2021, issemmi li filwaqt li l-partiti politiċi fid-demokraziji tal-Punent, storikament kienu jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhomfilbiċċa l-kbira permezz tad-dħul mis-sħubija tal-membri u permezz
ta’ donazzjonijiet minn individwi jew negozji privati, illum saret prattika ta’ rutina li l-Baġit tal-Istat jiffinanzja direttament lill-partiti tista’ tgħid fl-Unjoni Ewropea kollha – ħlief f’Malta u fl-Italja. Dan il-finanzjamentjieħu forom differenti minn pajjiż għall-ieħor.
OSCE
■ F’dokument tal-Organizzazzjoni
għas-Sigurtà u l-koperazzjoni fl-Ewropa pubblikat fl-2017 jingħad li xi pajjiżi fl-Unjoni Ewropea jivvutaw flus direttament mill-partiti millfondi pubbliċi. Fil-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjonijiet Ewropej jesiġu espressament li l-partiti jridu jintrabtu li jużaw dawn issussidji tal-Istat għal ‘kampanja elettorali, ‘attivitajiet tal-partit’ jew ‘biex jintlaħqu skopijiet jew programmi tal-partit konċernat. Ma jistax jingħad li f’dawn illeġiżlazzjonijiet hemm li l-fondi jkunu partikolarment immirati biex jippromwovu setturi
speċifiċi tas-soċjetà.
OECD
■ Rapport tal-OECD (Organizzazzjoni għall-Koperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp) pubblikat fi Frar 2016,
jgħid li hu importanti ħafna lijintlaħaq bilanċ bejn il-finanzjament ubbliku tal-partiti, u lfinanzjament
privati. L-għajnuna tal-Istat tgħin direttament lillpartiti biex isostnu l-attività tagħhom ta’ kuljum waqt li tgħin ukoll biex ma jkunx hemm diżlivell bejn dak li l-partiti politiċi jkunu jistgħu jwettqu dejjem
skont l-abbiltà u l-kapaċità tagħhom. L-OECD hi magħmula minn 38 pajjiż demokratiku minn madwar id-dinja u mhux mill-Ewropa biss.
GRECO
■ GRECO (il-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni) li tiffunzjona fl-ambitu tal-Kunsill tal-Ewropa u li kienet stabbilita fit-8 ta’ April 2003, fit-twaqqif tagħha ddikjarat li kemm l-Istat kif ukoll iċ-ċittadini huma intitolati li jappoġġjaw lill-partiti. Meta d-dokument jitkellem dwar l-appoġġ tal-Istat għall-partiti, jingħad li dan l-appoġġ għandu jkun limitat għal kontribuzzjonijiet raġonevoli u jispeċifika li dan għandu jsir permezz ta’ għajnuna finanzjarja. Għandu jkun hemm kriterji stabbiliti biex l-għajnuna tkun waħda ekwa u li ma ttellifx lindipendenza tal-partiti
Dan l-artiklu deher f’In-Nazzjon tat-Tnejn 13 ta’ Ottubru, 2025.
//= $special ?>