Torsvoellur Stadium : Grupp I
Gżejjer Faroe 2 Repubblika Ċeka 1
Bla dubju s-sorpiza tal-ġurnata mill-wieħed mill-iżgħar pajjizi fi ħdan il-FIFA b’popolazzjoni ta’ 50,000 persuna . Il-Gżejjer Faroe fil-grupp kisbu xejn anqas minn 4 rebħiet minn 7 partiti. 0 – 0 sa tmiem l-ewwel taqsima. Fis-67 minuta minn pass ta’ Jakub Andreasen kien HANUS SORENSEN li għeleb lil Matej Kovar. Fit-78 minuta l-iskor sar 1 – 1 meta minn azzjoni ta’ Tomas Chory kien ADAM KARABEC li għeleb lil Mathias Lambauge. Reazzjoni immedjata mill-Gżejjer Faroe li fil-81 minuta skorjaw il-gowl tar-rebħa permezz ta’ MARTIN AGNARSSON għat 2 – 1 finali.
Skozja 2 Belarus 1
F’Hampden Park : Grupp C
Bit-tielet rebħa minn erba’ partiti Skozja saħħet postha fl-ewwel post. Fil-15-il minuta skozja fil-vantaġġ permezz ta’ CHE ADAMS li minn azzjoni ta’ Jack Hendry għeleb lil Fador Lapoukhov. Fl-84 minuta l-iskor sar 2 – 0 b’gowl minn SCOT MC TOMINAY fuq azzjoni ta’ Andy Robertson. Belarus naqqsu l-iskor fis-sitt minuta ta’ ħin miżjud meta minn pass ta’ Nikita Korzun kien GLEB KUCHKO li għeleb lil Angus Gunn għat 2 – 1
Johan Cruyff Arena : Grupp G
Olanda 4 Fillandja 0
Mir-rebħa ta’ 4 – 0 kontra Malta l-Olanda rrepetiet l-istess riżultat kontra l-Fillandja. Kollox faċli wara li fit-8 minuta minn azzjoni ta’ Memphis Depay kien DONYELL MALEN li għeleb lil Joronen għall-ewwel gowl. Fis-17-il minuta, pass ta’ Depay lejn VIRGIL VAN DIJK li għamel l-iskor 2 – 0. Fit-38 minuta minn penalty kien MEMPHIS DEPAY li għeleb lil Jesse Joronen għat 3 – 0. L-aħħar gowl għall-Olanda skorjat minn CODY GAKPO minn azzjoni ta’ Xavi Simmons.
//= $special ?>