Sport

Suċċess għal Gauff fil-finali tal-Open taċ-Ċina

Finali tal-Open taċ-Ċina tan-nisa fis-Center Court f’Wuhan bejn l-Amerikani Jessica Padula u Coco Gauff. Finali mill-isbaħ u suċċess għal Gauff  2 – 0 wara semifinali li għat-tnejn kienu test mill-aqwa.

Fl-ewwel semifinali Jessica Padula’ seed numru 6 fil-kompetizzjoni, eliminat lis-seed nr. 1 Aryna Sabalanka  2 – 6; 6 – 4; 7 – 6 filwaqt li Gauff eliminat 6 – 4 ; 6 – 3  lil Jasmine Paoline tal-Italja, seed nr. 7 fil-kompetizzjoni.

Il-finali kienet waħda mill-isbaħ b’mod partikolari t-tieni set. Wara li Coco Gauff iddominat l-ewwel set li rebħet 6 – 4, it-tieni set beda b’vantaġġ ta’ 3 – 0 minn Pegula . Reazzjoni minn Gauff li minn 3 – 1 marret għal 3 – 3. Mill-gdid Pegula fuq l-offensiva li marret 5 – 3 fil-vantaġġ u pass milli tmur għas-set deċiżiv. Fl-istess waqt risposta minn Gauci li marret 5 – 5 u eventwalment minn 6 – 5 rebħet 7 – 5 .