Kien it-tim ta’ Swieqi Phoenix Nium li rebaħ l-ewwel unur tal-istaġun, it-Tazza John Buġeja. Dan wara li fi tmiem il-ġimgħa rebħu l-aħħar żewġ logħbiet tagħhom minn din il-kompetizzjoni li ntlagħbu fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera.
Fl-ewwel logħba tiegħu s-Sibt, it-tim immexxi minn Leonard Zammit Munro u Justin Montesin rebaħ lil Paola Executive Security ta’ Michael Magro 3-1. Il-Ħadd dawn iż-żewġ timijiet reġgħu kienu impenjati fejn f’logħba kumbattuta ferm Swieqi rebħu lil Flyers 3-2. Kif jindika r-riżultat il-logħba kienet ferm bilanċjata bi Flyers ta’ Steve Farrugia jiftħu tajjeb u jirbħu l-ewwel set 23-25. Swieqi rkupraw u rebħu t-tieni wieħed 25 għal 24 iżda tilfu ta’ wara 27 għal 29. Huma reġgħu għamlu rimonta u rebħu t-tnejn ta’ wara 25 għal 22 u s-set deċiżiv 15 għal 10. Ta’ min wieħed jinnota li fit-tieni set, Swieqi rnexxielhom jagħmlu reazzjoni wara li kienu 21 għal 8 minn taħt.
Fl-aħħar logħba mill-kompetizzjoni, ukoll bilanċjata, Birkirkara għelbu lil Paola Executive Security 3-2. Paola ta’ Magro fetħu tajjeb u rebħu l-ewwel set 16 għal 25 bit-tim Karkariż ta’ Dalton Caruana u Stefan Decelis jirbaħ it-tieni set 26 għal 24, tilef ta’ wara 25 għal 27 u rebaħ ir-raba’ set 25 għal 23. Kellu jkun il-ħames u l-aħħar set deċiżiv li ta rebħa lil Birkirkara 15 għal 13.
It-Tazza John Buġeja tintuża mill-clubs biex jesperimentaw b’diversi players in vista tal-kampjonat li jibda fil-jiem li ġejjin. Dawn ir-riżultati jindikaw ukoll il-bilanċ li hemm bejn il-clubs tas-Super League din is-sena. Din kienet il-ħames sena nfila li Swieqi rebħu din il-kompetizzjoni.
Tazza John Buġeja
Swieqi Phoenix Nium vs Paola Executive Security 3-1 (25-14, 17-25, 25-10, 25-16)
Swieqi Phoenix Nium vs Flyers 3-2 (23-25, 25-24, 27-29, 25-22, 15-10)
Birkirkara vs Paola Executive Security 3-2 (16-25, 26-24, 25-27, 25-23, 15-13)
Under 19
Paola Cool & Kiwi vs Depiro 0-3 (14-25, 16-25, 24-26)
Swieqi Phoenix vs Birkirkara Vixeno 3-0 (25-9, 25-12, 25-5)
Under 17
Swieqi Phoenix vs Birkirkara 3-0 (25-13, 25-13, 25-16)
Flyers 1 vs Flyers 2 3-0 (25-14, 25-10, 25-9)
Paola Maypole vs Phoenix Volley Maniacs 3-0 (25-12, 25-22, 25-24)
Depiro vs Falcons 3-0 (25-8, 25-12, 25-19)
//= $special ?>