Malta kienu bl-iżgħar tim fejn ikklassifikaw fil-ħames post fil-klassifika ġenerali.
Nathan Mifsud refa’ 92 kilo fis-snatch u 109 fil-clean & Jerk filwaqt li Kim Camilleri Laganà li qed tipprepara għall-Kampjonati Juniors tal-Ewropa refgħet 67 kilo fis-snatch u 89 kilo fil-clean & jerk biex kisbet 221 punt.
Gabriele Frendo ta’ 13-il sena u Nathan Balzan ta’15-il sena refgħu 68 kilo u 78 kilo u 50 kilo u 66 kilo rispettivament.
Mia Sant u Emily Livori li għad għandhom 12 u 13-il sena. refgħu rispettovament 28 kilo u 35 kilo; u 36 kilo u 43 kilo.
Din il-kompetizzjoni serviet għall-Kampjonat tal-Ewropa tal-Juniors li se jsiru fl-Albanija kif ukoll għal Kampjonati tal-Unjoni Ewropea li se jsiru Malta f’Dicembru.
Il-kontinġent Malti kien immexxi mill-kowċ Rodmar Pulis.
