Jarhead Young Sailors Foundation ħabbret l-ekwipaġġi tagħha għall-46 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race, li tibda s-Sibt 18 ta’ Ottubru u organizzata mir-Royal Malta Yacht Club fuq distanza ta’ 606 mil nawtiku
Il-crew tal-Fondazzjoni, li se jkunu fuq il-jottijiet J/109 Jarhead u JYS Jan. Mit-tnedija tal-branding il-ġdid ta’ JYS Jan, ġimgħat biss wara r-rebranding ta’ Jarhead bl-appoġġ ta’ MMH Ltd, u Camilleri Marine li pprovdew il-kits tekniċi u Melita Foundation għal spinnaker ġdid għal JYS Jan, il-Fondazzjoni ħabbret l-ismijiet tal-ekwipaġġi .
Din is-sena, iż-żewġ jottijiet tal-Fondazzjoni se jkollhom struttura differenti. Filwaqt li sena ilu l-ekwipaġġi kienu skont il-ġeneru, din id-darba l-esperjenza tat-timijiet hija vasta. Jarhead se jkollha ekwipaġġ ta’ esperjenza, fejn kull membru pparteċipa f’mill-inqas tellieqa waħda tar-Rolex Middle Sea Race, filwaqt li JYS Jan se tilqa’ numru ta’ baħħara b’inqas esperjenza biex jiksbu esperjenzi ġodda.
Gary Mercieca, li se jkun ko-skipper ta’ Jarhead flimkien mal-benefattur u fundatur tal-Fondazzjoni, Gregory Nasmyth.
Wara riżultati sinifikanti f’edizzjonijiet imgħoddija l-Fondazzjoni, rebħet l-Italian Ambassador’s Trophy for Sportsmanship tas-sena li għaddiet li ngħata lil Jarhead, taħt il-kmand ta’ Gary Mercieca, u lil JYS Jan, taħt il-kmand ta’ Claudio Bugeja. L-iżgħar membri tal-ekwipaġġ dak iż-żmien kienu Pippa Bartolo Parnis (15) fuq Jarhead u Luca Schembri Meli (14) fuq JYS Jan.
Ekwipaġġi tal-Jarhead Young Sailors Foundation JYS Jan Claudio Bugeja (Skipper), Angelique Abela, Pippa Bartolo Parnis, Jean Pierre Grech, Amber Haynes, Dimitri Paschalidis, Nathaniel Raute, Luca Schembri Meli u Naeema Vella.
Team Jarhead Gary Mercieca (Skipper), Gregory Nasmyth, Clara Farrugia, Roberta Farrugia, Matthew Grech, Jake Mallia, Luke Portelli u Chiara Scerri Herrera.
Bħala parti mit-tħejjijiet finali tagħhom, iż-żewġ ekwipaġġi se jipparteċipaw ukoll fil-Yachting Malta Coastal Race, u li sservi bħala taħriġ qabel il-bidu tar-Rolex Middle Sea Race.
//= $special ?>