Ambjent Lokali Parlament

Aktar minn 330 rapport dwar ħsejjes eċċessivi sal-aħħar ta’ Settembru

Matul is-sena li għaddiet saru b'kollox 473 rapporti għand il-Pulizija dwar ħsejjes eċċessivi li 45 kienu f'Għawdex

Ir-rapporti għand il-Pulizija dwar ħsejjes eċċessivi matul din is-sena kienu jlaħħqu aktar minn 330 sal-aħħar ta’ Settembru. L-aktar lokalità li fiha saru rapporti dwar ħsejjes eċċessivi matul din is-sena kienet San Ġiljan b’45 rappport, u wara San Pawl il-Baħar fejn saru 42 rapport dwar ħsejjeħ eċċessivi – total ta’ aktar minn 80 rapport f’żewġ lokalitajiet biss dwar ħsejjes eċċessivi fil-lokaltajiet ta’ San Ġiljan u f’San Pawl il-Baħar.

Jirriżulta minn informazzjoni li ta fil-Parlament Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol; għal interpellana tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea, li matul din is-sena sal-aħħar ta’ Settembru diġà kienu saru total ta’ 332 rapport fis-sistema elettronika tal-Pulizija u li kienu ġew irreġistrati.

Matul is-sena li għaddiet, għal tweġiba oħra li ta fil-Parlament il-Ministru Byron Camilleri għal interpellanza wkoll tad-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea, jirriżulta li saru b’kollox 473 rapporti għand il-Pulizija dwar ħsejjes eċċessivi li 45 kienu f’Għawdex. 244 rapporti s-sena li għaddiet saru fl-Ewwwel Distrett tal-Pulizija li hu ffurmat mill-Belt u l-Floriana.