Id-delegazzjoni Nazzjonalista fi Brussell li qiegħda titmexxa mill-Kap tal-PN Alex Borg iltaqgħet mal-Kummissarju Ewropew Andrius Kubilius.
Fil-laqgħa, Alex Borg enfasizza l-importanza li Malta tieħu rwol attiv fil-preparazzjonijiet għall-EU Space Act, li jista’ joħloq opportunitajiet sinifikanti għall-intrapriżi u talent lokali, filwaqt li jippromwovi kooperazzjoni responsabbli fi proġetti ta’ difiża u teknoloġija spazjali.
Huwa saħaq ukoll l-appoġġ tal-PN u ta’ Malta għall-Ukrajna u għall-isforzi tal-UE biex tinżamm is-sigurtà u l-valuri Ewropej.
Id-delegazzjoni tinkludi wkoll il-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Beppe Fenech Adami u s-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Beppe Galea.
//= $special ?>