Il-Partit Nazzjonalista fi Brussell se jkompli jaħdem bit-tir li jtejjeb ħajjet iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin.
Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg lid-delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew fil-bidu tal-ewwel żjara uffiċjali tiegħu fi Brussell, li qed tiġi organizzata mill-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista David Casa.
Alex Borg iltaqa’ mad-deputati Ewroparlamentari Nazzjonalisti f’delegazzjoni li tikkonsisti mill-President tal-Parlament Ewropew, l-MEP Roberta Metsola, il-Kap tad-delegazzjoni l-MEP David Casa u l-MEP Peter Agius.
Fil-laqgħa tad-delegazzjoni ngħaqdu x-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin Beppe Fenech Adami u s-Segretarju Internazzjonali Beppe Galea.
Ġew diskussi d-direzzjoni strateġika tal-Partit Nazzjonalista fuq livell Ewropew, dwar kif l-aħjar li jiġu indirizzati l-isfidi tal-poplu Malti u Għawdxi fuq livell Ewropew u kif il-ħidma tal-MEPs Maltin se jkompli jħallu impatt konkret u pożittiv f’diversi oqsma.
Il-Kap tad-delegazzjoni Nazzjonalista fil-PE David Casa stqarr li kienet laqgħa pożittiva li tgħin biex tikkordina l-ħidma bejn Malta u Brussell biex isaħħaħ il-ħidma tal-Partit Nazzjonalista għall-pajjiż.
//= $special ?>