L-irtirar tal-armata Iżraeljana mill-Medda ta’ Gaza tiddependi fuq id-diżarm tal-grupp terroristiku tal-Hamas.
Parti importanti mill-ftehim ta’ 20 punt ippreżentat mill-President tal-Istati Uniti Donald Trump, li skont rapporti internazzjonali tista’ tħalli lok fejn il-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netanyahu jerġa’ jibda’ mill-ġdid bl-offensiva tiegħu.
Minn naħa tiegħu, in-negozjatur ewlieni tal-Hamas Khalil al-Hayya, spjega li l-grupp irċieva garanzija mill-Istati Uniti li tiddikjara li din il-gwerra intemmet b’mod permanenti u mhux b’mod temporanju.
Fil-jum tat-13 ta’ Ottubru kienu meħlusa numru ta’ ostaġġi Iżraeljana, dan filwaqt li kienu 250 Palestinjan li kienu qed iservu sentenza ta’ ħajja priġunerija, inħelsu. Bi Trump iqatta’ madwar siegħa jindirizza l-Parlament Iżraeljan.
Intant, Donald Trump issa jinsab fl-Eġittu flimkien mal-mexxejn tal-Qatar, il-Ġordan, l-Awtorità Palestinjana, Franza, il-Ġermanja u r-Renju Unit.
//= $special ?>