Internazzjonali

Elon Musk irid itella’ miljuni ta’ persuni fuq Mars mis-sena 2030

SpaceX irnexxielha ttella’ l-eqqel Starship rocket wara titjira ta’ prova li bdiet minn Texas. Dan kien il-11-il test ta’ din it-tip ta’ rocket.

Wara s-suċċess tat-Tnejn filgħaxija Elon Musk qal li għandu viżjoni li mis-sena 2030 ‘il quddiem jixtieq jibni kolonja fuq il-pjaneta Mars.

Ġie spjegat illi minħabba li Mars u d-dinja jduru max-xemx, il-vjaġġ ikun jista’ jsir biss kull 26 xahar.

Intant, in-NASA qed tiddependi fuq is-suċċess ta’ Starship biex tkun tista’ tlesti l-missjoni Artemis li se tara astronawti jirritornaw fuq il-qamar.