13-il xahar ilu, il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Daniel Attard qalilna li jrid jara studju kemm verament it-traffiku żdied.
Iżda fil-prattika, tul dan il-perjodu t-traffiku beda jsir qisu rutina tal-ħajja ta’ kuljum għall-Maltin. Tant hu hekk illi kif ħareġ fl-aħħar sondaġġ ippubblikat mit-Times of Malta, dan spiċċa sar l-akbar sors ta’ inkwiet u thewdin għaċ-ċittadini.
Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa l-konġestjoni ta’ traffiku kienet meqjusa bħala waħda esaġerata; min jgħidilna li dam tliet kwarti mill-Belt Valletta sal-Furjana, minn sagħtejn u fuqhom minn Birkirkara sal-Ħamrun u saħansitra kien hemm min għażel li jipparkja f’ġenb u jimxiha. B’każijiet fejn kien hemm sewwieqa li anke damu fuq tliet sigħat biex waslu d-dar wara ġurnata xogħol.
Net News staqsa lil uħud mill-membri Grupp Parlamentari Laburista dwar l-esperjenza tagħhom fit-toroq Maltin. U kif jaħsbuha dwar it-traffiku.
Lil hinn minn dawn it-tweġibiet, it-traffiku qawwi qed ikompli jeskala minn jum għall-ieħor – u qed ikompli jżid mal-ansjetà ta’ kuljum, li f’pajjiżna diversi studji qed juru li qed tiżdied.
//= $special ?>