L-Iskola Langley Park għas-Subien mir-Renju Unit se tkun qed iżżur Malta bejn is-17 u l-20 ta’ Ottubru 2025. Il-Grupp Mużikali tal-Iskola Langley Park se jkun qed jagħti tliet kunċerti wieħed f’Raħal Ġdid, fil-Mosta u f-Imġarr Malta.
Hija skola statali kbira li tinsab madwar 20km fin-nofsinhar ta’ Londra. Għandha reputazzjoni qawwija fil-qasam tal-mużika b’aktar minn tliet mitt student jitgħallmu l-istrumenti fl-iskola kull ġimgħa.
L-Iskola Langley Parkskola toffri firxa wiesgħa ta’ gruppi mużikali extra-kurrikulari inklużi gruppi korali, rock bands, ensembles tal-jazz, gruppi tal-istrumenti bil-korda u ħafna aktar. Ħafna studenti jkomplu jistudjaw il-mużika wara s-sitt form f’universitajiet u kulleġġi tal-mużika ewlenin, inklużi l-Università ta’ Oxford, ir-Royal College of Music u l-Leeds College of Music. Il-grupp ta’ studenti f’dan it-tour ivarja minn 12 sa 18-il sena u huma kollha membri regolari ta’ ħafna mill-ensembles tal-iskola.
Numru kbir ta’ studenti ħadu sehem f’ħafna mit-tours annwali tal-iskola barra l-pajjiż inklużi vjaġġi lejn il-Ġermanja, il-Lago di Garda u r-Repubblika Ċeka u kantaw f’postijiet prestiġjużi madwar l-Ewropa, bħall-Katidral ta’ Barċellona u l-Katidral ta’ Cologne.
Il-Grupp Mużikali tal-Iskola Langley Park se jkun qed jagħti tliet kunċerti. Nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Ottubru 2025, il-kunċert se jsir fil-lokalità ta’ Raħal Ġdid fuq iz-zuntier tal-Bażilika ta’ Kristu Re, u jibda fis-7pm. It-tieni kunċert se jsir nhar is-Sibt 18 ta’ Ottubru 2025 fil-lokalità tal-Mosta fuq iz-zuntier tal-Bażilika u jibda fis-7.30pm. L-avveniment qed jiġi organizzat minn MISSIO Malta. Filwaqt li l-aħħar kunċert se jkun nhar it-Tnejn 20 ta’ Ottubru 2025 u jibda fis-7.30pm fuq iz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali tal-Assunta fil-lokalità ta’ Mġarr Malta.
Il-pubbliku huwa mistieden jattendi