Lokali

Il-GWU favur ġimgħa qasira ta’ 32 siegħa xogħol

“Proġett pilota li nemmnu li jista’ jsir – 32 siegħa xogħol fil-ġimgħa bħala prova.”

Sostna dan is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja meta preżenta fuq bosta proposti li qed iressqu ‘l quddiem qabel jitħabbar il-budget għas-sena d-dieħla.

Il-GWU qalet li l-proposti tagħha huma mibnija fuq l-idea ta’ Malta aktar gusta, ekwa u inklussiva – għaliex il-progress skont il-GWU, irid jimxi b’ġustizzja soċjali.

Josef Bugeja saħaq li għalkemm l-ekonomija baqgħet stabbli, l-ħaddiema qed iħossu l-għoli tal-ħajja u sfidi oħra li jaffetwaw il-work life balance.

Rigward il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, il-GWU qed tiproponi proġett pilota ta’ 32 siegħa xogħol fil-ġimgħa, sabiex anke nieħdu ħsieb li d-dinja tax-xogħol tirrispetta l-kwalita tal-ħajja. Din hi idea li tibni fuq dak li propona diġa’ l-Kap tal-PN Alex Borg fl-aħħar jiem.

F’kumment li ta lil Net News is-Segretarju Ġenerali tal-GWU saħaq li bosta pajjiżi oħra qed jissoktaw bi proġett pilota dwar dan il-kunċett. U għalhekk appella biex dan il-proġett pilota jiġi mniedi sabiex bħala pajjiż ma nitilfux l-opportunità li nħadmuh anke f’pajjizna – bil-possibbiltà ta’ 4-day-week għall-ħaddiema.

Il-GWU qed tappella sabiex tiġi eliminata t-taxxa fuq il-COLA u Josef Bugeja spjega li din tkompli tgħin fl-isfida tal-għoli tal-ħajja – xi ħaġa li l-PN ilu snin jipproponi.

Intant il-GWU qed tressaq bosta proposti oħra fosthom fuq kif, skont l-Union, kull ħaddiem għandu jingħaqad ma’ Union tal-ghazla tieghu b’mod awtomatiku. Dan fost proposti ohra dwar kif fost l-ohrajn jigu emendati l-ligijiet tax-xoghol.

Apparti min hekk il-GWU appellat sabiex nieħdu ħsieb li niffukaw fuq turizmu sostenibbli, fost infurzar sabiex ir-residenti jkunu jistghu jgħixu f’darhom b’mod sigur – u turisti ohra jersqu lejn pajjizna u mhux ikollhom esperjenza kerha.