Wara li ftit tal-jiem ilu l-Kap tal-Oppożizzjoni tal-Venezuela Maria Corina Machado ngħatat il-premju Nobel tal-Paċi fin-Noverġja, il-Gvern fil-Venezuela ħabbar li se jkun qed jagħlaq l-ambaxxata tiegħu f’Oslo.
Fi stqarrija maħruġa mill-Gvern tal-Venezuela ntqal li l-għeluq tal-ambaxxata huwa parti minn ristrutturar tas-servizzi internazzjonali.
Il-Ministeru Norveġiż għall-affarijiet barranin ikkonferma li l-ambaxxata ngħalqet mingħajr ma ngħatat raġuni filwaqt li ddeskriva din id-deċiżjoni bħala waħda diżappuntanti. Intqal ukoll li l-premju Nobel huwa indipendenti mill-Gvern Norveġiż.
//= $special ?>

