Lokali

“Irridu li tonqos ir-rata tal-VAT għar-ristoranti” – L-ACE bi stħarriġ

“L-ikbar tħassib jibqa’ l-piż tal-VAT – u għalhekk irridu nitkellmu fuq din il-kwistjoni, għax din hi l-akbar issue ta’ dawk li nirrappreżentaw”.

Saħaq dan il-Viċi President tal-Assoċjazzjoni tal-Istabilimenti tal-Catering Omar Vella f’kummenti li ta lil Net News, wara li l-ACE ppreżentat stħarriġ dwar diversi aspetti li jolqtu lil dan is-settur.

F’dan l-istħarrġ li jikkummisjonaw kull sena, u li sar minn Vincent Marmara, jidher biċ-ċar li l-akbar issue għall-istabbilimenti tal-catering huwa l-piż tal-VAT u kif qed jillimita lil dawn in-negozji f’ċerti investiment li jagħmlu.

Intant għalkemm xorta waħda, mill-istħarriġ ħareġ li l-istabbilimenti qed ikomplu jinvestu f’dak kollu li jagħmlu – xorta waħda jsibu ċera sfidi li jridu jiġu indirizzati.

U fil-kumment li ta lil dan l-istazzjon il-Viċi President tal-ACE, Omar Vella saħaq li jridu jindirizzaw il-problemi u d-diffikultajiet ta’ dawk li jirrappreżentaw.

Intant, hu faħħar ukoll il-ħidma ta’ dawn in-negozji u ħeġġeġ għal aktar djalogu soċjali sabiex bħala pajjiż ikompli jsostni lil dawn l-istabbilimenti.

Dwar il-VAT f’dan is-settur, il-Kap tal-PN Alex Borg kien propona fost l-oħrajn li l-VAT tonqos minn 18 fil-mija għal 7 fil-mija – proprju kif jixtiequ dawn in-negozji, li jħaddmu mijjiet ta’ impjegati.