Wara li matul il-jum tat-Tnejn ingħatat l-aħħar tislima lill-Eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Victor Ragonesi, il-pubbliku kellu l-opportunità li jħalli messaġġ fil-ktieb tal-kondoljanzi li jinsab fil-foyer tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
L-Amministrattiv tal-Partit Nazzjonalista ffirma l-ktieb tal-kondoljanzi. U d-delegazzjoni kienet tinkludi lill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione, is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello kif ukoll lit-Teżorier Veronica Perici Calascione.



Victor Ragonesi miet nhar il-Ħamis li għadda fl-età ta’ 101 u żgur li se jibqa’ mfakkar għas-sehem kruċjali tiegħu fin-negozjati li kienu saru fi żmien l-Eks Prim Ministru Ġorġ Borg Olivier biex Malta kisbet l-Indipendenza.
//= $special ?>