Sport

L-ewwel impenn fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-MAFA

Marsa St Michael

Marsa kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 fuq Valletta St Paul’s fl-ewwel impenn tagħhom fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Malta Amateur Football Association (MAFA).

L-uniku gowl tal-partita ġie skorjat minn Kato Yuto fis-17-il minuta.

It-tim promoss ta’ Senglea Gunners għeleb lil San Ġiljan Saints 1-0 b’gowl skorjat fl-ewwel taqsima ta’ Lamin Jaiteh. Mill-Kampjonat tat-tieni diviżjoni, Attard Edex Kings għelbu lil St Paul’s Bay NMFC 4-2. Felix Silva Roberty kien protagonista fejn skorja tliet gowls filwaqt li Carvalho de Almeida Lucas skorja l-gowl l-ieħor għal Attard. Pradip Thapa u Bishal Khawash skorjaw għal St.Paul’s Bay NMFC

Swieqi United kisbu rebħa komda ta’ 2-0 kontra Ta’ Ġiorni Wanderers b’żewġ gowls minn Manthrammal Suhail.

Gudja Wanderers kisbu l-ewwel tliet punti tal-istaġun wara rebħa ta’ 2-1 kontra Naxxar Victorians b’awtogowl ta’ Ahmed Khalid Moha u Joseph Duran għal Gudja Wanderers u gowl minn Takuma Nagai għal Naxxar.

F’partita oħra draw ta’ 0 – 0 bejn Ħamrun Sporting u Birżebbuġa St Peter’s AFC .