Wara saga ġudizzjarja li damet sejra għal 10 snin sħaħ, il-Qorti illiberat lil John Agius, is-sid maġġoritarju tal-kumpanija Construct Furniture, inħeles mill-akkuża ta’ omiċidju involontarju fil-konfront ta’ Matthew Bartolo, żagħżugħ ta’ 17-il sena li tilef ħajtu f’inċident fuq il-post tax-xogħol fl-2015.
Il-każ jirrigwrda lil John Agius ta’ 61 sena, Drettur ta’ Construct Furniture; bintu Amanda Cefai ta’ 39 sena l-amministratur tal-fabbrika; u żewġha James Cefai ta’ 46 sena ‘foreman’ fil-fabbrika. Il-każ ta’ dawn it-tliet persuni nstema’ quddiem il-Maġistrat Claire Micallef Stafrace. L-inċident ġara fl-4 ta’ Ġunju 2015 meta l-vittma kien qed iħaddem b’magna li tintuża fix-xogħol tal-bibien f’Ħal Farruġ.
Madankollu fis-sentenza tagħha l-Qorti imponiet multa ta’ €7,000 fuq Agius fil-kapaċità tiegħu ta’ azzjonist u direttur tal-kumpanija, filwaqt li ż-żewġ akkużati l-oħra — Amanda Cefai, eks maniġer tal-pjattaforma; u James Cefai, il-foreman fuq il-post tax-xogħol — ġew illiberati minn kull akkuża minħabba nuqqas ta’ provi.
L-inċident li ħasad il-ħajja ta’ Matthew seħħ waqt xogħol ta’ manutenzjoni, iżda l-uniku xhud ewlieni ma setax jispjega kif eżattament ġara l-inċident. Dak ix-xhud kien ġie wkoll mixli b’negliġenza fuq il-post tax-xogħol, iżda nstab ma kienx instab ħati f’każ separat.
Fl-2023, il-Qorti tal-Maġistrati kienet ħelset ukoll lil Peter Blundell, ħaddiem f’fabbrika tal-għamara mill-akkuża li naqas milli jieħu l-miżuri meħtieġa biex jiżgura s-saħħa u s-sigurtà ta’ Matthew Bartolo. Il-vittma, Matthew Bartolo, żagħżugħ ta’ 17-il sena, tilef ħajtu wara li nqabad bejn żewġ partijiet ta’ magna użata fil-manifattura tal-bibien fil-fabbrika ta’ Construct Furniture f’Ħal Luqa.
Il-każ kien qed jittieħed kontra Peter Blundell, raġel ta’ 53 sena u mastrudaxxa b’esperjenza twila, li kien qed jissorvelja lil Bartolo fil-jum fatali. Hu kien akkużat li ma ħax il-prekawzjonijiet raġonevoli dwar is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.
Mill-provi rriżulta li Blundell kien għen lil Bartolo jqiegħed biċċa njam fuq il-magna qabel ma reġa’ lura lejn il-“console” tal-kontroll tagħha. Il-magna kienet tħaddem proċess awtomatiku li jaqta’ l-injam skont disinn pre-programmat, u seta’ jiġi interrott biss billi jintuża swiċċ ta’ emerġenza — li Blundell effettivament kien ġibed meta nduna li seħħ l-inċident.
Il-Qorti f’dak il-każ kienet innutat li l-magna kienet protetta b’barriera fuq quddiem u mal-ġnub tagħha, iżda mhix fuq wara, fejn seta’ jsir aċċess. Bartolo sofra ġrieħi gravi u fratturi multipli qabel il-magna setgħet tiġi mwaqqfa. Minkejja l-isforzi tat-tobba fl-Isptar Mater Dei biex qalbu terġa’ tibda taħdem, huwa ġie ddikjarat mejjet fis-1.30 pm tal-istess jum.
Fil-verżjoni tiegħu, Blundell qal li wara li tpoġġiet il-biċċa njam fuq il-magna, Bartolo kien mar jattiva mekkaniżmu tas-suction li kien jinsab barra l-barriera protettiva. Huwa kien ra lil Bartolo jagħlaq il-bieb tal-barriera warajh u jagħfas il-pedala biex jattiva s-sistema, u saħansitra staqsieh darbtejn jekk kollox kienx sew, u rċieva tweġiba pożittiva. Fit-tieni darba, Bartolo għamel ukoll sinjal ta’ “thumbs up”, biex juri li kollox kien f’ordni.
Blundell, li kien ra lil Bartolo barra mill-barriera, imbagħad beda jħaddem il-magna. Sekondi biss wara, ħaddiem ieħor fil-fabbrika sema’ lil Blundell iċempel b’allarm u jordnalu biex iwaqqaf il-proċess, iżda Blundell diġà kien ġibed is-swiċċ ta’ emerġenza.
Il-Maġistrat Leonard Caruana, li kien sema’ l-każ ta’ Blundell fil-ġudizzju tiegħu, osserva li lanqas l-inkjesta maġisterjali u lanqas ix-xhieda ta’ dawk preżenti ma taw prova li l-vittma kienet ġewwa l-barriera tas-sigurtà meta ġara l-inċident.
Il-Qorti kienet qalet li r-responsabbiltà tal-operatur ta’ magna awtomatika tkun l-akbar fil-mumenti qabel tibda taħdem, u f’dan il-każ Blundell wettaq dil-obbligazzjoni billi ċċekkja kemm b’għajnejh kif ukoll verbalment mal-vittma li kollox kien sigur.
Il-Qorti sentejn ilu kienet qalet ukoll li huwa ċar li Bartolo kien mar ħdejn il-magna mingħajr ma fetaħ il-bieba protettiva, għax kieku l-magna kienet tintefa’ awtomatikament. Din is-sitwazzjoni kienet possibbli għax il-barriera ma kinitx tagħlaq kompletament madwar il-magna, u għalhekk kien hemm aċċess mill-parti ta’ wara.
Filwaqt li esprimiet dispjaċir profond għall-inċident traġiku, il-Qorti kkonkludiet li ma kienx hemm provi li juru li Blundell naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-liġi, u għalhekk iddikjaratu mhux ħati.
Filwaqt li esprimiet dispjaċir profond għall-inċident traġiku, il-Qorti kkonkludiet li ma kienx hemm provi li juru li Blundell naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont il-liġi, u għalhekk iddikjaratu mhux ħati.
Il-Qorti tal-Appell kienet ikkonfermat is-sentenza tal-Ewwel Qorti li fiha l-mastrudaxxa Peter Blundell ma nstabx ħati li ma ħarisx is-sigurtà.
L-avukati Edward Gatt, Pio Valletta, Veronique Dalli u John Refalo ddefendew lill-akkużati waqt l-Avukat Jason Azzopardi qed jidher għall-familja tal-vittma.
//= $special ?>