Il-Partit Nazzjonalista ma jistax ma jinnutax l-ipokresija tal-Partit Laburista u ta’ Robert Abela li qed jerġa’ jipprova jattakka lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, din id-darba dwar il-pubblikazzjoni tal-ispejjeż tal-kampanja tiegħu għall-ħatra ta’ Kap tal-PN, meta sitt snin wara l-elezzjoni tiegħu bħala Mexxej Laburista, Robert Abela għadu ma ppubblikax l-ispejjeż tal-kampanja tiegħu stess.
Robert Abela qatt ma ppubblika l-lista tal-assi tiegħu u tal-Ministri, minkejja li ġie mitlub jagħmel dan mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika
Il-Partit Laburista ma għandux lezzjonijiet x’jagħti dwar trasparenza u kontabbiltà. Dak li Robert Abela qed jitlob minn ħaddieħor, hu nnifsu qatt ma applikah fil-konfront tiegħu nnifsu.
Kif diġà wiegħed, Alex Borg se jippubblika l-ispejjeż marbuta mal-kampanja tiegħu sa tmiem dan ix-xahar, għax jemmen li l-politika għandha ssir b’mod miftuħ u responsabbli. Dak li Alex Borg jgħid bil-kliem, iwettqu bil-fatti.
Il-veru kuntrast illum hu ċar: filwaqt li Alex Borg iwiegħed trasparenza u jwettaqha, Robert Abela jippretendiha mingħajr ma jħaddanha.
//= $special ?>