Grupp B: Żveżja 0 Kosovo 1
Sorpriża oħra minn tim inqas ikkwotat fejn fi Strawberry Arena, gowl fl-ewwel taqsima kien biżżejjed għalll-Kosovo biex saħħew posthom fit-tieni post fil-grupp b’7 punti minn erba’ partiti. Il-gowl deċiżiv skorjat fit-32 minuta meta minn azzjoni ta’ Veldin Hodza kien FISNIK ASLLANI li għeleb lil Victor Johansson. 1 – 0 riżultat li biħ intemmet il-partita.
Grupp A: Irlanda ta’ Fuq 0 Ġermanja 1
F’Windsor Park gowl fl-ewwel taqsima biżżejjed għal Germanja sabiex b’9 punti qed taqsam l-ewwel post fil-grupp mas-Slovakkja. Fl-14-il minuta gowl ta’ Paddy Mc Nair ma kienx ikkonvalidat bil-VAR. Fil-31 minuta Ġermanja fil-vantaġġ permezz ta’ NICK WOLTEMADE li minn azzjoni ta’ David Raum għeleb lil Bailey Peacock Farrell għal dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv.
Grupp D: Iżlanda 2 Franza 2
Draw li kien biżżejjed għal Franza sabiex saħħew posthom fl-ewwel post fil-grupp, minkejja li fid-39 minuta kienu l-Iżlanda li fetħu l-iskor permezz ta’ VICTOR PALSSON li għeleb lil Mike Magnian għall-uniku gowl matul l-ewwel taqsima.
Fit-63 minuta minn azzjoni ta’ Lucas Digne kien CHRISTOPHER NKUNKU li għeleb lil Olafsson għal 1 – 1 . Fit-68 minuta kien JEAN PHILIP MATETA li minn pass ta’ Maghnes Akliouche għeleb mill-ġdid lil Elias Olafsson. Reazzjoni immedjata mill-Iżlanda li żewġ minuti wara kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ KRISTIAN HLYNSSON minn azzjoni ta’ Albert Gudmundsson għat 2 – 2 finali.
//= $special ?>