Tal-anqas 57 persuna sfaw midruba wara attakk mid-drones mill-qawwiet Russi li laqat sptar fir-reġjun ta’ Kharkiv.
Dan ġie żvelat mill-President tal-Ukrajna Volodomyr Zelensky permezz ta’ post fuq il-midja soċjali dan filwaqt li ddeskriva l-attakk li seħħ matul il-lejl bħala wieħed terrorist speċjalment meta kien immirat lejn post fejn jissalvaw il-ħajjiet.
Rapporti internazzjonali qalu li matul il-lejl li għadda l-qawwiet Russi bagħtu xejn anqas minn 96 drone bil-maġġoranza kienu mmirati lejn faċilitajiet tal-enerġija iżda jidher li l-Ukrajna rnexxielha twaqqa’ l-maġġoranza ta’ dawn id-drones.
Apparti l-attakk f’Kharkiv kien hemm ukoll attakki oħra fir-reġjuni ta’ Sumy u Donetsk.
Minn naħa tiegħu, Zelensky appella lill-Istati Uniti, l-Ewropa kif ukoll il-G7 sabiex jipprovdu sistemi ta’ difiża għad-drones sabiex it-terrur minn naħa tar-Russja jitlef is-saħħa.
Intant, matul il-jum tal-Ġimgħa l-President tal-Ukrajna Volodomyr mistenni li jkollu laqgħa mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump bil-għan li jiddiskutu d-difiża tal-ajru u jżidu l-pressjoni fuq ir-Russja – dan kollu bil-għan li tirrenja l-paċi.
//= $special ?>