Fil-jiem li ġej se ssir it-tnedija ta’ żewġ kotba minn Dun Frans Bonnici dwar il-formazzjoni tal-Kleru Malti fis-snin imgħoddija. Għall-ktieb The Academic Formation of Maltese Priests in the University of Malta 1838-1938 saret riċerka fil-Librerija Nazzjonali, fil-Melitensia tal-Università ta’ Malta u fl-Arkivju Nazzjonali.
Għal Seminarium Puerorum: The Seminary of the Diocese of Malta 1703-1803, saret riċerka fid-dokumentazzjoni li hemm fl-Arkivju tal-Kurja tal-Arċisqof, is-Seminarju, il-Kapitlu tal-Katidral u l-Arkivju Apostoliku tal-Vatikan.
Dawn ir-riċerki juru kif il-formazzjoni fis-Seminarju u fl-Università ta’ Malta wasslet biex is-saċerdoti Maltin jaqdu l-ministeru pastorali fid-Djoċesi ta’ Malta. L-eżempju ta’ dawn is-saċerdoti jista’ jservi, bl-għajnuna t’Alla, biex iwassal lill-adolexxenti, iż-żgħażagħ u l-adulti tal-Knisja Kattolika f’Malta jiddixernu s-sejħa li Alla qed jagħmlilhom illum.
It-tnedija ta’ dawn iż-żewġ kotba se ssir nhar il-Ġimgħa, 17 ta’ Ottubru 2025, fil-Kurja tal-Arċisqof, il-Furjana fis-6pm. Kulħadd mistieden jattendi.
Kull ktieb jiswa €15 u jista’ jinxtara billi jibgħat fuq fransbonnici@libero.it jew iċempel fuq 79994653.
Żewġ kotba dwar il-formazzjoni tas-saċerdoti
