Lokali

BIR-RITRATTI: Ċerimonja kommemorattiva li fakkret il-50 anniversarju mit-traġedja tal-Vulcan

Ritratt: Martin Agius

It-Tlieta filgħaxija tfakkar il-50 anniversarju mit-traġedja tal-Vulcan permezz ta’ ċerimonja kommemorattiva fil-post fejn iġġarraf l-ajruplan. Bil-qofol intlaħaq permezz ta’ flypast fuq Triq is-Santwarju.

Kien hemm ukoll kunċert mużikali mill-Banda tal-Pulizija u parata mill-Membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, il-Banda tal-Pulizija u s-Scouts ta’ Ħaż Żabbar.

Imbagħad iċ-ċerimonja ġiet fi tmiemha b’quddiesa kkonċelebrata mill-Arċisqof Charles Scicluna fil-Knisja Arċipretali.

Intant, illum il-ġurnata, wieħed għadu jista’ jara u jaqra dak li seħħ fl-1975 fil-Mużew tas-Santwarju f’Ħaż-Żabbar fejn hemm ukoll esebiti fdalijiet tal-ajruplan.