It-Taljan ta’ 53 sena se jkun qiegħed jirritorna fl-irwol tiegħu bħala Direttur Sportiv ta’ Tottenham Hotspur wara s-sospensjoni li kellu mingħand il-FIFA għal sentejn u nofs.
Din il-pożizzjoni Paratici se jkun qed jaqsamhha ma’ Johan Lange, u se jkun qiegħed jiffokka iżjed fuq l-istrateġija tal-futbol ta’ Tottenham, inkluż il-prestazzjonijiet tat-tim kif ukoll l-iscouting u x-xiri u l-bejgħ tal-plejers.
Paratici kien irriżenja lura f’April tal-2023 wara li tilef l-appell kontra s-sospensjoni ta’ 30 xahar mogħtija mill-FIFA wara li nstab ħati li wettaq reati krimminali fejn jidħlu l-finanzi sportivi fiż-żmien tiegħu bħala Direttur Sportiv ma’ Juventus. Apparti s-sospensjoni tiegħu mill-kariga tiegħu ma’ Spurs, dak iż-żmien Juventus kienu sofrew ukoll penalazzjoni ta’ 10 punti mill-kampjonat tas-Serie A.
Ix-xahar li għadda, il-qorti ta’ Ruma aċċettat li Paratici u eks membri oħra mit-tmexxija ta’ Juventus ma jservux is-sentejn piena li kellhom il-ħabs, u jistgħu jirritornaw fix-xogħol tagħhom b’mod immedjat.
//= $special ?>

