Ivan Castillo, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo qal fil-parlament li għandu jsir investiment fil-prodott turistiku Malti.
Ivan Castillo qal li hawn 20,500 persuna jaħdmu dirett fit-turiżmu u 27,500 f’xogħol indirett. Minnhom hemm 39% tal-ħaddiema huma Maltin u 61% barranin.
Il-GDP tal-pajjiż jiddependi fuq it-turiżmu u għalhekk irid isir studju għaliex hemm tnaqqis ta’ ħaddiema Maltin li jridu jaħdmu fit-turiżmu b’mod full-time. Din is-sitwazzjoni tfissser li f’dan is-settur ewlieni hemm dipendenza fuq ħaddiema barranin. Dan jista’ joħloq sitwazzjoni perikoluża.
Hu qal li l-iskills cards huma tajbin biex il-prodott Malti u żied li l-introduzzjoni tal-iskills cards kienet inzjattiva li saret bl-għaġġla tant li din ħadmet bil-kontra. Jirriżulta li r-rata ta’ suċċess ta’ ħaddiema li jagħmlu l-iskills cards kien 49% biss. Dan ifisser li 51% ta’ dawk li marru jagħmlu l-iksills cards m’għaddewx.
Ivan Castillo qal li dan jista’ jfisser li l-ħaddiema li qed jinġiebu mhumiex ta’ livell li jgħaddu minn dan l-eżami. Hu semma’ wkoll l-isfida tal-ispejjeż marbuta mal-iskills card u qal li l-istruttura qed toħloq problema biex tattira ħaddiema ta’ kwalità lejn il-pajjiż.
Jeħtieġ li l-pajjiż jistabilixxi x’tip ta’ turisti jrid biex b’hekk jaddatta l-ħaddiema kont dawn il-ħtiġijiet. Jirriżulta li 40% tat-turisti huma taħt l-24 sena, li ovvjament juri li dawn qed ifittxu kwalitajiet ta’ divertiment. Din hi l-kwalità tat-turiżmu li rridu għall-pajjiż?, staqsa d-deputat Nazzjonalista, li enfażizza l-importanza ta’ prodott turistiku ta’ kwalità.
//= $special ?>