Il-Hamas irritornaw tliet katavri oħrajn lill-Iżraeljani. Dan filwaqt li hemm ir-raba’ katavru li għadu ma ġiex identifikat.
It-tliet katavri huma tal-Iżraeljani Tamir Nimrodi, Etian Levy, u Uriel Baruch.
L-ismijiet kienu konfermati mill-Forum li jirrappreżenta lill-familji tal-persuni li baqgħu neqsin.
Intant, il-katavri ta’ 45 Palestinjan li kienu miżmuma f’Iżrael ġew ukoll ritornati lejn Gaza fl-aħħar sigħat. Dan kien konfermat mir-Red Cross fi stqarrija.
//= $special ?>