Ewropa Lokali

Il-Kap tal-PN Alex Borg jiltaqa’ mal-Kummissarju Ewropew Kadis

Matul il-jum, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg iltaqa’ mal-Kummissarju Ewropew Kadis, responsabbli mis-Sajd u l-Oċeani, fejn ġie diskuss il-potenzjal ekonomiku u ambjentali tas-settur tas-sajd f’Malta u l-ħtieġa li l-politika Ewropea tkompli tappoġġja pajjiżi żgħar Mediterranji.

Din iż-żjara qed issir ukoll bi preparazzjoni għas-Summit tal-PPE li l-Kap Nazzjonalista Alex Borg mistenni jattendi għalih għall-ewwel darba l-ġimgħa d-dieħla.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg huwa akkampunjat fid-delegazzjoni Nazzjonalista mix-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin Beppe Fenech Adami u lis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Beppe Galea.