Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kompla biż-żjara uffiċjali tiegħu fi Brussell, li qed tiġi organizzata mill-Kap tad-Delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew David Casa, bħala parti mill-isforz tal-Partit biex isaħħaħ il-preżenza tiegħu fil-politika Ewropea u jkompli jibni relazzjonijiet b’saħħithom mal-mexxejja tal-Partit Popolari Ewropew.

Filgħodu, Alex Borg indirizza l-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Popolari Ewropew. Fid-diskors tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista enfasizza l-impenn tal-Partit Nazzjonalista li jerġa’ jġib governanza tajba, rispett għas-saltna tad-dritt u tmexxija serja u kompetenti li taħdem għall-ġid tan-nies. Huwa rringrazzja lill-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, kif ukoll il-Kap tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-PE David Casa u l-MEP Peter Agius għall-ħidma kontinwa tagħhom favur Malta u għall-mod kif komplew isaħħu l-vuċi tal-PN fil-livell Ewropew.
Wara l-intervent tiegħu, Alex Borg kellu diversi laqgħat bilaterali ma’ Membri Parlamentari Ewropej, fejn ġew diskussi temi relatati max-xogħol u l-impjiegi, is-soċjetà ċivili u l-ħarsien tad-drittijiet fundamentali.
Il-Kap Alex Borg huwa akkampunjat fid-delegazzjoni Nazzjonalista mix-Shadow Minister għall-Affarijiet Barranin Beppe Fenech Adami u lis-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Beppe Galea.
//= $special ?>