Internazzjonali

Imut l-Eks Prim Ministru tal-Kenja Raila Odinga

Miet fl-età ta’ 80 sena Eks Prim Ministru tal-Kenja Raila Odinga.

Odinga miet waqt li kien qed jirċievi trattament mediku fi sptar fl-Indja.

Matul dawn l-aħħar ġimgħat kien hemm diversi spekulazzjonijiet dwar ħajtu, għalkemm qraba u l-alleati tiegħu ċaħdu rapporti li kien marid gravi.

Odinga kien figura prominenti fix-xena politika tal-Kenja, u politiku li ħoloq kunsens. Hu kien kkuntesta mingħajr suċċess, għal President ħames darbiet. Kull darba huwa ma aċċettax ir-riżultat tal-elezzjoni, dejjem kien jgħid li r-rebħa insterqitlu.

Il-Prim Ministru tal-Etijopja, Abiy Ahmed, u politiċi oħra, bagħtu l-kondoljanzi tagħhom wara l-mewt ta’ Odinga.