Ambjent Internazzjonali

Ir-Renju Unit imwissi biex jipprepara għall-bidla fil-klima qabel l-2050

Esperti tal-klima wissew liIl-Gvern Ingliż biex jipprepara ruħu għall-bidla fil-klima qabel il-2050, li mistenni jilħaq iż-żewġ gradi.

Il-Kumitat għall-bidla tal-Klima (CCC) f-ittra li kiteb lill-Gvern tar-Renju Unit, qal li l-pajjiż għadu ma għamilx il-preparamenti adekwati għal temperaturi estrimi tal-global warming qabel il-2050. Mhux talli hekk, talli li l-pajjiż bilkemm qiegħed ilaħħaq mal-kundizzjonijiet tat-temp kurrenti li digà laħqu livelli estremi.

Ic-CCC issuġġerixxa lill-Gvern Ingliż biex jaħdem qatigħ biex ikun preparat għall-bidla fil-klima lil hinn mid-data deċiża matul it-Trattat ta’ Pariġi. Il-kumitat tac-CCC kien mitlub jipprovdi pjan ta’ azzjoni għal xenarji diversi, pjan maħsub għall-xenarji klimatiċi minimi.