“Irridu nkomplu nagħfsu fuq il-kwalità bħala Malta Employers. Iffukajna fuq bosta issues għaliex kollox imur id f’id.”
Saħaq dan id-Direttur Ġenerali tal-Malta Employers Kevin Borg f’kumment li ta lil dan l-istazzjon wara li ħabbru l-proposti tagħhom qabel it-tħabbira tal-Budget għas-sena d-dieħla.
Huma spjegaw li t-trasformazzjoni ekonomika fit-tul trid tibda bl-edukazzjoni għax l-ikbar riżorsa nazzjonali huwa l-poplu. Għalhekk, ipproponew fost l-oħrajn iktar tagħlim fil-kurrikulum li jmur pari passu ma’ kif wieħed jibda negozju.
L-Assoċjazzjoni sejħet ukoll għal miżuri sabiex min iħaddem u anke l-impjegati jinvestu fit-tagħlim u fil-kunċett tal-life long learing.
Intant, f’kumment li ta lil dan l-istazzjon, Kevin Borg saħaq li rridu naħdmu għal kwalità sabiex verament tinbena viżjoni b’saħħita fit-tul.
Apparti min hekk hu fakkar li bħala Malta Employers ser jibqgħu jipproponu l-aqwa miżuri għal ġid tal-pajjiż kollu.
Il-Malta Employers sejħet ukoll sabiex il-partiti politiċi jaħdmu fuq proposti li jkunu tanġibbli.
//= $special ?>