Lokali

It-tim ta’ LifeCycle Malta jiltaqgħu mal-President ta’ Malta

It-tim ta’ LifeCycle Malta żaru lil Myriam Spiteri Debono, il-President ta’ Malta, fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Il-laqgħa mmarkat stadju importanti hekk kif iċ-ċiklisti qed joqorbu lejn it-tmiem tat-taħriġ tagħhom bi tħejjija għal-LifeCycle Challenge ta’ din is-sena.

Iċ-ċiklisti se jitilqu minn Malta fit-13 ta’ Novembru u se jagħmlu għaxart ijiem ta’ ċikliżmu intensiv tul rotta ta’ 2,000 km, minn Petra fil-Ġordan sa Jeddah fl-Arabja Sawdija. Akkumpanjati minn tim ta’ appoġġ, dan se jfisser li l-LifeCycle Challenge se jżur is-56 u s-57 pajjiż mill-1999 biex jiġbru fondi b’għajnuna għall-pazjenti tal-kliewi.

Il-President ta’ Malta awguratilhom għal din l-isfida li se jagħmlu f’temp ta’ 10 t’ijiem u nnutat kif f’aktar minn 25 sena, il-Fondazzjoni ġabret aktar minn €4 miljun b’risq din il-kawża f’Malta u Għawdex.

Iċ-Ċermen tal-LifeCycle Malta, Alan Curry, esprima l-apprezzament tiegħu: “Aħna onorati ħafna bl-appoġġ tal-President. Il-kliem ta’ inkoraġġiment tagħha jfisser ħafna għalina u għall-ħafna pazjenti li jiddependu fuq xogħolna.”

Il-Fondazzjoni LifeCycle (Malta) hi l-unika NGO f’Malta ddedikata kompletament għas-saħħa tal-kliewi. Il-fondi miġbura jmorru għas-software Traccia li jqabbel donaturi u riċevituri tal-kliewi fir-Renal Unit tal-Isptar Mater Dei, appoġġ għall-pazjenti bil-mard tal-kliewi, xiri ta’ tagħmir, u investiment fir-riċerka b’kollaborazzjoni mar-Research Innovation and Development Trust (RIDT) tal- Università ta’ Malta.

Il-LifeCycle Challenge 2025 għandu l-appoġġ tal-isponsor ewlieni Nescafé flimkien ma’ sponsors oħra bħal Hili Ventures, Government of Malta Social Causes Fund, Smart Technologies Ltd, Brown’s Pharmacy, M&Z plc, Nuun Hydration, JPA, Laferla Insurance, Valletta Waterfront, Unicare, Mimici Foundation u The Web Ally.

Donazzjonijiet lil-LifeCycle Foundation jistgħu jsiru permezz tar-Revolut fuq 9932 9101, permezz ta’ PayPal mil-link: https://buff.ly/35g17CC jew billi wieħed jibgħat SMS: 5061 7370 għal donazzjoni ta’ €2.33; 5061 8920 għal €6.99; 5061 9229 għal €11.65. Wieħed jista’ wkoll iċempel fuq 5160 2020 għal donazzjoni ta’ €10; 5170 2005 għal €15; u 5180 2006 għal €25. 

Donazzjonijiet permezz ta’ trasferiment bankarju jistgħu jsiru permezz tal-kodiċi Swift VALLMTMT, IBAN MT 18 VALL 22013000000014814521017. L-isem tal-bank huwa Bank of Valletta, u n-numru tal-kont huwa 14814521017.

Il-LifeCycle (Malta) Foundation hija reġistrata mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji – VO/0529

Għal aktar informazzjoni żur https://lifecyclefoundation.com jew https://www.facebook.com/LifeCycleChallenge