Iżrael sostna li wieħed mill-erba’ katavri mibgħuta mill-Hamas ma kienx jaqbel ma l-ebda mill-ostaġġi Iżraeljani. Bħala reazzjoni għad-dewmien biex jiġu rritornati l-ostaġġi, Iżrael hedded li se jirrestrinġi l-għajnuna umanitarja lejn Gaza u jipposponi d-data tal-ftuħ tal-fruntiera ta’ Rafah.
Skont l-ewwel parti tal-ftehim ta’ paċi, il-grupp Hamas kellu jirritorna 48 ostaġġ – s’issa ġew irritornati 20 ostaġġi ħajjin u seba’ katavri. It-tliet katavri li ġew trasferiti matul il-lejl, kienu ta’ Tamir Nimrodi, Eitan Levi u Uriel Baruch, wara li l-katavri saritilhom awtopsja forensika biex tiġi verifkata l-identità tagħhom.
Fil-ftehim li wassal għall-waqfien mill-ġlied kien diġà ssemma’ li l-Hamas u fazzjonijiet oħra Palestinjani jista’ jkun diffiċli għalihom isibu l-fdalijiet tal-katavri qabel id-data maqbula għall-iskambju tal-ostaġġi.
//= $special ?>

