Lokali Parlament

L-industrija tat-turiżmu saret profitabbli l-iktar għall-ħaddiema barranin

Mario de Marco, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Mario de Maco sostna fil-parlament li l-industrija tat-turiżmu saret profitabbli l-iktar għall-ħaddiema barranin li ġew Malta biex jaħdmu fiha.

Mario de Marco qal li t-turiżmu hu settur li l-poplu kollu jibbenefika minnu iżda dan is-settur qed jittieħed b’mod ta’ garanzija b’konsegwenza li l-pajjiż jista’ jispiċċa vittma tas-suċċess tiegħu stess.

Hu tkellem dwar ix-xogħol u qal li minn rapport tad-Deloette jirriżulta li fl-aħħar snin kien hemm żieda ta’ turisti iżda l-ammont ta’ Maltin jaħdmu fis-settur ma żdidtx fl-istess rata anzi naqas b’iktar minn 3,000 persuna. Għalhekk din l-industrija qed issir dipendenti fuq ħaddiema barranin tant li kien hawn żieda ta’ iktar min 8,000 barrani minn barra l-UE li jaħdmu f’dan is-settur.

Dan ifisser li 70% tal-ħaddiema fit-turiżmu huma barranin u li t-turiżmu qed joħloq xogħol għall-barranin iktar milli għall-Maltin. Il-fatti huma wkoll li dawn il-ħaddiema barranin jibgħatu l-parti l-kbira tal-paga li jaqilgħu f’Malta barra minn Malta. Dan jagħmluh b’sagrifiċċji iżda qed iwassal għal sitwazzjoni fejn parti mill-attività ekonomika ġenerata f’Malta qed tmur barra minn Malta. Waħda mill-isfidi hi kif it-turiżmu se jattira ħaddiema Maltin kif kien jagħmel qabel.

Dwar is-sotenibbiltà tat-turiżmu, Mario de Marco qal li dan is-settur għandu jagħmel iktar b’inqas u kompla li l-indikazzjonijiet huma li fl-2026 se jkunu ġew 4 miljun turist b’nefqa ta’ €2.5 biljun. Iżda minkejja dan, ras għal ras, it-turisti qed jonfoq medja ta’ €950 kull turist f’Malta li jinkludu l-vjaġġ tal-ajru, l-akkomodazzjoni u spejjeż oħra.

Għalhekk din in-nefqa mhijiex qed issir kollha f’Malta iżda fit-titjiriet b’ kumpaniji li llum mhumiex Maltin għaliex l-Air Malta u għaliex il-gvern ħalla lil dawn il-kumpaniji jieħdu vantaġġ minn fuq il-kumpaniji Maltin. Dawn joperaw lejn Malta għaliex ikunu aġevolati dawn il-kumpaniji. Għalhekk id-€900 mhijiex iela kollha fl-ekonomija Maltija għaliex parti oħra sejra lejn l-akkomodazzjoni fejn hemm l-enerġija li hi sussidjata waqt li l-ħaddiema li jaħdmu fl-akkomodazjzoni huma barranin. Għalhekk għandu jsir analiżi dwar x’qed idaħħal il-pajjiż mit-turiżmu.

Hu semma’ l-mod kif qed jinbidel l-istil tal-akkomodazzjoni tat-turisti fejn jirriżulta li 55% tat-turisti qed joqgħodu fil-lukandi u 45% tat-turisti joqgħodu fi propjetajiet li jinkrew inkella propjetajiet ta’ persuni oħra. Hemm ukoll il-mod ġdid tal-kirjiet fil-qosor fejn hemm bżonn li jinżamm il-kwalità u lejn l-ambjent.

Dwar il-profil tat-turist, Mario de Marco qal li l-ikbar kategorija ta’ turist li jżur Malta bħalissa huma dawk ta’ inqas 24 sena. Hu tratta r-rati tal-lukandi u qal li l-problema hi waħda ta’ sostenibbiltà biex dawn il-lukandi jibqgħu profitabbli. Dawn il-lukandi mhumiex qed jgħollu r-rati tagħhom minkejja l-ispejjeż minħabba li t-tip ta’ turist mhuwiex qed ikun wieħed ta’ kwalità li lest jonfoq iktar fuq akkomodazzjoni. Dan minħabba l-kwalità mhux daqshekk ogħlja tat-turist li qed jiġi Malta.

Id-deputat Nazzjonalista appella għal iktar akkomodazzjoni ta’ kwalità għaliex il-pjani huma li jkun hemm l-ikbr ammonti ta’ sodod ippjanti għat-turist ta’ kwalità qed isir fil-lukandi ta’ tliet snin u inqas minn tliet stilel. Jeħtieġ li jerġa’ jsir investiment fil-lukandi tal-ħames stilel.

Hu qal li saru żbalji kbr fl-ippjanar taż-żoni turistiċi fosthom Marsalforn, Tas-Sliema, San Ġiljan, ix-Xlendi u lokalitajiet oħra li llum tilfu l-karattru tagħhom. Il-rpodott turistiku għandu jenfażizza iktar il-kultura tal-irħula. Jeħtieġ ukoll li jsir studju dwar kemm il-pajjiż jiflaħ turisti, sostna Mario de Marco.