Fl-ewwel jumejn isir il-logħob kollu tal-gruppi filwaqt li l-Ġimgħa jintlagħbu l-erba’ kwarti finali, peroò qabel iridu jsiru żewġ play-offs. L-aħħar tliet logħbiet li jtemmu 19-il ġurnata ta’ kompetizzjonijiet ikunu s-semifinali, li jsiru s-Sibt u l-finali li ssir il-Ħadd.
It-tliet timijiet Maltin ser ikunu magħmula hekk: Malta 1 – Aaron Busuttil u Chris Peplow; Malta 2 – Alex Borg u Joseph Casha; Malta 3 – Philip Ciantar u Isaac Borg. Fl-istess kampjonat waqt l-edizzjoni tas-sena l-oħra li saret f’Albufiera, il-Portugall, Aaron Busuttil u Chris Peplow, li kienu ffurmaw ukoll tim Malta 1 spiċċaw it-tieni wara li tilfu fil-finali kontra Ukraina 1.
Din is-sena Malta 1 jinsabu fi grupp ta’ ħames timijiet u l-avversarji huma l-Ungerija, Bulgarija 2, Polonja 3 u Albanija 3. Malta 2 fl-ewwel fażi jridu jilagħbu kontra Bulgarija 1, Albanija 1 u Wales filwaqt li Malta 3 jilagħbu kontra l- Ukraina, il-Portugall u Albanija 2.
//= $special ?>