Lokali Qorti

Propjetarju u Manager ta’ stabbilment f’Paceville mhux ħatja li b’negliġenza tliet Taljani sofrew ħruq waqt li kien qed jiġi preparat “drink”

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Donatella M. Frendo Dimech illiberat lill-propjetarju u lill-Manager ta’ stabbiliment, fil-lokalità ta’ San Ġiljan, meta minħabba nċident sfortunat tliet Taljani li kienu Bacco Sticks & Sum by Hugo’s fi Triq Santa Rita, Paceville sofrew minn ħruq.

Il-Qorti kienet qed tisma’ l-kawża tad-distrett fejn il-Manager Noel Falzon, u l-propjetarju Luke Chetcuti kienu qed jiġu akkużati li kienu responsabbli għall-inċident li seħħ seħħ nhar is-7 ta’ Lulju 2017. L-imputazzjonijiet inizjali allegaw li, b’nuqqas ta’ ħsieb, negligġenza u inabilità professjonali, l-imputati kkawżaw ħsara gravi u permanenti lil tliet vittmi – Giovanni Maria Sollazzo, Sofia Lorenzini u Nuria Fabrega Rubio.

Dan permezz ta’ sustanza esplosiva jew fwar alkoħoliku waqt li l-barman kien qed jipprepara xarba spettakolari magħrufa bħala Flaming Lamborghini. L-akkużi kienu wkoll li ma salvagwardjawx is-saħħa u s-sigurta’ tal-persuni preżenti u li ppermettew li persuni taħt l-età ta’ 17-il sena jidħlu fil-lokal u jikkunsmaw alkoħol, kif ukoll li ma adottaw l-ebda miżuri ta’ prevenzjoni biex jevitaw danni fiżiku jew psikoloġiku.

Il-barman kien ukoll ġie akkużat b’reati simili, imma dan siefer barra minn Malta u minkejja l-isforzi tal-Pulizija dan sa issa baqa’ nstabx. Il-Qorti studjat l-evidenza preżentata mill-Prosekuzzjoni, inkluż il-Proċess Verbal ippreparat mill-Maġistrat Joseph Mifsud, ritratti u filmati CCTV ppreżentati mill-istabbiliment u rapporti minn esperti mediċi, inkluż tal-espert mediku Mario Scerri, kif ukoll rapporti minn uffiċjali tal-Pulizija – fosthom is-Surġent Shaun Axiaq u l-Kuntistabbli Ivan Attard.

Skont l-evidenza, l-inċident seħħ waqt li l-barman Lazar Zakev kien qed jipprepara l-cocktail magħruf bħala “Flaming Lamborghini”, li kien jikkonsisti f’piramida ta’ xorb li n-nar kien jitqiegħed fuqu. F’ċertu mument, l-alkoħol mitfugħ fuq in-nar ħareġ b’qawwa u qabad fuq il-vittmi preżenti, u minħabba l-volatilità u t-temperaturi għoljin tal-alkoħol, il-ħwejjeġ u ġilda tal-vittmi nħarqu b’mod immedjat.

Il-vittma primarju, Giovanni Maria Sollazzo, li kellu 16-il sena waqt l-inċident, iddeskriva kif ġrieħi fuq wiċċu, ġenb, kaxxa tas-sider u idu kienu gravi ħafna u meħtieġa kura intensiva inkluż trapjanti ta’ ġilda minn ħażna tal-ġilda tas-sider u intervent kirurgiku għal diversi snin.

Huwa spjega l-effetti psikoloġiċi fuq ħajtu, inkluż ansjetà soċjali u fix-xogħol mediku, u kif kellu bżonn sessjonijiet ta’ psikoloġija u psikjatra għal diversi snin. Il-vittma rriżulta li għamel użu kostanti ta’ kremi protettivi u qiegħed jikkontrolla s-sħana tax-xemx biex jevita ħsara addizzjonali. It-tabib Scerri kkonferma l-ġrieħi u l-karattru serju tagħhom.

Il-Qorti osservat ukoll li l-Prosekuzzjoni ma ppreżentat l-ebda prova li tikkonferma r-relazzjoni legali diretta tal-imputati mal-istabbiliment. Ma kienx hemm liċenzja li turi min kien proprjetarju, amministratur jew persuna responsabbli tal-lokal, u l-atti ppreżentati ma wrew ebda referenza għall-kumpanija nominalment akkuzata.

Il-Qorti enfasizzat li dan wassal għal nuqqas fl-evidenza li irreġistrat diffikultajiet serji biex tistabbilixxi responsabilità kriminali fuq l-imputati. Minħabba dawn il-fatturi u l-lakuni preżenti fl-evidenza, il-Qorti ma kellhiex għażla imma li tissospendi l-akkużi u ssib lill-imputati innoċenti.

Il-każ kien sar estremament twil u kumpless, bdiet il-proċedura fl-2018 u għadda aktar minn tmien snin qabel il-Qorti setgħet tikkumplimenta s-seduti kollha, iżda l-lakuni fl-evidenza tal-Prosekuzzjoni kienu ċari u irreparabbli.

Il-Qorti konkludiet li l-inċident kien purament aċċidentali u li l-imputati ma setgħux jitqiesu responsabbli kriminalment, u għalhekk illiberathom minn kull akkuża u punizzjoni. Għall-akkużati dehru l-Avukati Joe Giglio u Michaela Giglio.