Sport

Qormi Daikin jirbħu s-Super Cup tal-Hockey

Qormi Daikin rebħu s-Super Cup tal-Hockey meta għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 9-1 fil-Kumpless tal-hockey f’Kordin.

Kif jindika l-iskor, Qormi Daikin iddominaw mill-bidu sal-aħħar din il-finali tant li sa tmiem l-ewwel żewġ quarters kienu fetħu vantaġġ ta’ 7-0.

It-tielet u l-aħħar quarter kienu ta’ formalità għat-tim immexxi minn Andre Ghio li skorja żewġ gowls oħra b’Żurrieq jirnexxielhom biss jiskorjaw gowl ta’ konsolazzjoni .

Luke Bajada skorja hat-trick għal Qormi filwaqt li Juan Sarcia, Shawn Dimech, Julian Zahra, Keith Calleja, Neil Spiteri Montebello, u l-akkwist il-ġdid Tommy Kok skorjaw gowl kull wieħed.

Angel Lupu skorja l-uniku gowl għal GREE Żurrieq Wolves Hotsticks.

Umpires kienu Karl Chircop u Dario Cacopardo.